Levitiku 15:1-33

15  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u jgħidilhom:  “Kellmu lil ulied Israel u għidulhom, ‘Jekk xi raġel ikollu tisfija kontinwa+ mill-​organu ġenitali tiegħu, it-​tisfija tiegħu ma tkunx nadifa.  U dan ikun in-​nuqqas taʼ ndafa tiegħu minħabba t-​tisfija tiegħu: Sew jekk l-​organu ġenitali tiegħu jnixxi tisfija kontinwa u sew jekk l-​organu ġenitali tiegħu jkun imblokkat minħabba t-​tisfija kontinwa tiegħu, dan ikun in-​nuqqas taʼ ndafa tiegħu.  “‘Kull sodda li jimtedd fuqha dak li jkollu tisfija kontinwa ma tkunx nadifa, u kull oġġett li joqgħod bil-​qiegħda fuqu ma jkunx nadif.  U raġel li jmisslu s-​sodda tiegħu għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+  U kulmin joqgħod bil-​qiegħda fuq l-​oġġett li kien bil-​qiegħda fuqu dak li jkollu tisfija kontinwa għandu jaħsel+ ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.  U kulmin imiss il-​ġisem taʼ dak li jkollu tisfija kontinwa+ għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+  U jekk dak li jkollu tisfija kontinwa jobżoq fuq xi ħadd nadif, dan irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.  U kull sarġ+ li jkun rikeb fuqu dak li jkollu tisfija kontinwa ma jkunx nadif. 10  U kulmin imiss xi ħaġa li tkun taħtu ma jkunx nadif sa fil-​għaxija; u min iġorrha jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 11  U jekk dak li jkollu tisfija kontinwa,+ li ma jkunx ħasel idejh fl-​ilma, imiss lil xi ħadd, dan irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 12  U xi reċipjent tal-​fuħħar li jmiss dak li jkollu tisfija kontinwa għandu jitkisser;+ u kull reċipjent taʼ l-​injam+ għandu jinħasel bl-​ilma. 13  “‘Issa jekk dak li jkollu tisfija kontinwa jindaf mit-​tisfija kontinwa tiegħu, hu nnifsu jrid jgħodd sebat ijiem għall-​purifikazzjoni tiegħu,+ u jrid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma ġieri;+ u hu jkun nadif. 14  U fit-​tmien jum hu nnifsu għandu jieħu żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen, u jidħol quddiem Ġeħova fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u jagħtihom lill-​qassis. 15  U l-​qassis joffrihom, wieħed minnhom bħala offerta għad-​dnub u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq;+ u l-​qassis jagħmel tpattija għalih quddiem Ġeħova rigward it-​tisfija kontinwa tiegħu. 16  “‘Issa jekk raġel joħroġ minnu xi tixrid taʼ l-​isperma,+ irid jinħasel kollu kemm hu fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 17  U kull libsa u kull ħaġa tal-​ġild li jiġi fuqha t-​tixrid taʼ l-​isperma trid tinħasel fl-​ilma u ma tkunx nadifa sa fil-​għaxija.+ 18  “‘Mara li jimtedd magħha raġel b’tixrid taʼ l-​isperma, it-​tnejn iridu jinħaslu fl-​ilma u ma jkunux nodfa+ sa fil-​għaxija. 19  “‘U jekk mara jkollha tisfija kontinwa, u t-​tisfija kontinwa li jkollha f’ġisimha tkun demm,+ hi għandha tibqaʼ sebat ijiem fin-​nuqqas taʼ safa+ mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar tagħha,+ u kulmin imissha ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 20  U kulma timtedd fuqu meta tkun fin-​nuqqas taʼ safa bit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar tagħha ma jkunx nadif,+ u kulma toqgħod bil-​qiegħda fuqu ma jkunx nadif. 21  U kulmin imiss is-​sodda tagħha għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+ 22  U kulmin imiss xi oġġett li tkun qagħdet bil-​qiegħda fuqu għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+ 23  U jekk tkun qagħdet bil-​qiegħda fuq is-​sodda jew fuq oġġett ieħor, min imissu+ ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 24  U jekk raġel fil-​fatt jimtedd magħha u jiġi fuqu n-​nuqqas taʼ safa mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar tagħha,+ ma jkunx nadif għal sebat ijiem, u kull sodda li jimtedd fuqha ma tkunx nadifa. 25  “‘Jekk mara jkollha t-​tisfija kontinwa taʼ demmha tnixxi għal ħafna jiem+ meta ma jkunx iż-​żmien regulari tan-​nuqqas taʼ safa tagħha mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar,+ jew jekk ikollha tnixxija li ddum iktar min-​nuqqas taʼ safa mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar, il-​jiem kollha li ddum bit-​tisfija kontinwa u mhix nadifa jkunu bħal fil-​jiem tan-​nuqqas taʼ safa mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar. Ma tkunx nadifa. 26  Kull sodda li timtedd fuqha fil-​jiem tat-​tisfija kontinwa tagħha se tkun għaliha bħas-​sodda tan-​nuqqas taʼ safa tagħha mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar,+ u kull oġġett li toqgħod bil-​qiegħda fuqu jsir mhux nadif bħan-​nuqqas taʼ ndafa tan-​nuqqas taʼ safa tagħha mit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar. 27  U kulmin imisshom+ ma jkunx nadif, u jrid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 28  “‘Madankollu, jekk tkun indafet mit-​tisfija kontinwa tagħha, hi nfisha trid tgħodd ukoll sebat ijiem, u wara tkun nadifa.+ 29  U fit-​tmien jum hi nfisha għandha tieħu żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen, u trid iġġibhom lill-​qassis fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 30  U l-​qassis jagħmel wieħed minnhom offerta għad-​dnub u l-​ieħor offerta tal-​ħruq;+ u l-​qassis jagħmel tpattija+ għaliha quddiem Ġeħova rigward it-​tisfija kontinwa u mhix nadifa li kellha. 31  “‘U tridu żżommu lil ulied Israel ’il bogħod min-​nuqqas taʼ ndafa, għax inkella jmutu fin-​nuqqas taʼ ndafa għax ikunu niġġsu t-​tabernaklu tiegħi, li qiegħed f’nofshom.+ 32  “‘Din hi l-​liġi dwar ir-​raġel li jkollu tisfija kontinwa+ u r-​raġel li minnu joħroġ tixrid taʼ l-​isperma,+ u b’hekk isir mhux nadif bih; 33  u l-​mara li jkollha tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar+ fin-​nuqqas taʼ ndafa tagħha, u kulmin ikollu tnixxija tat-​tisfija kontinwa,+ kemm raġel u kemm mara, u raġel li jimtedd maʼ mara mhix nadifa.’”

Noti taʼ taħt