Levitiku 14:1-57

14  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Din tkun il-​liġi dwar l-​imġiddem+ fil-​jum li fih tiġi stabbilita l-​purifikazzjoni tiegħu, meta jinġieb għand il-​qassis.+  U l-​qassis joħroġ ’il barra mill-​kamp u jarah; u jekk l-​imġiddem ikun fieq+ mill-​marda tal-​ġdiem,  il-qassis jagħti l-​ordni; u hu, biex jindaf, irid jieħu żewġ għasafar+ ħajjin u nodfa u injam taċ-​ċedru+ u materjal lewn l-​iskarlat*+ u żuf.+  U l-​qassis irid jagħti l-​ordni, u wieħed mill-​għasafar irid jinqatel fuq reċipjent tal-​fuħħar li fih l-​ilma ġieri.+  U l-​għasfur il-​ħaj għandu jieħdu flimkien maʼ l-​injam taċ-​ċedru, il-​materjal lewn l-​iskarlat, u ż-​żuf, u jrid ibillhom flimkien maʼ l-​għasfur il-​ħaj fid-​demm taʼ l-​għasfur li nqatel fuq l-​ilma ġieri.  Imbagħad irid iroxxu+ sebaʼ darbiet+ fuq dak li qed jindaf mill-​ġdiem u jiddikjarah nadif,+ u jitlaq l-​għasfur il-​ħaj fil-​kampanja.+  “U dak li qed jindaf irid jaħsel ħwejġu+ u jqarweż xagħru kollu u jinħasel+ fl-​ilma u jkun nadif, u wara jkun jistaʼ jidħol fil-​kamp. U jrid jgħammar sebat ijiem+ ’il barra mit-​tinda tiegħu.  U jrid iseħħ li fis-​sebaʼ jum ikollu jqarweż ix-​xagħar kollu taʼ fuq rasu+ u geddumu u taʼ fuq għajnejh. Iva, għandu jqarweż xagħru kollu, u jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma; u hu jkun nadif. 10  “U fit-​tmien jum+ jieħu żewġ imtaten żgħar bla difett u ħarufa waħda bla difett,+ fl-​ewwel sena tagħha, u tlieta minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ miblula fiż-​żejt u kejl wieħed taʼ log żejt;+ 11  u l-​qassis li jiddikjarah nadif irid jippreżenta lir-​raġel li qed jindaf, u l-​affarijiet, quddiem Ġeħova fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 12  U l-​qassis irid jieħu wieħed mill-​imtaten żgħar u joffrih bħala offerta għall-​ħtija+ flimkien mal-​kejl taʼ log+ żejt u jxejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir+ quddiem Ġeħova. 13  U joqtol il-​muntun żgħir fil-​post+ fejn jinqatlu regolarment l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​ħruq, f’post qaddis,+ għaliex, bħalma l-​offerta għad-​dnub hi tal-​qassis,+ hekk ukoll hi l-​offerta għall-​ħtija. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa. 14  “U l-​qassis jieħu ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għall-​ħtija, u l-​qassis ipoġġih fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idu l-​leminija u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ siequ l-​leminija.+ 15  U l-​qassis jieħu ftit mill-​kejl taʼ log+ żejt u jsawbu fuq il-​pala taʼ idu x-​xellugija. 16  U l-​qassis ibill is-​sabaʼ taʼ idu l-​leminija fiż-​żejt li jkollu fuq il-​pala taʼ idu x-​xellugija u jroxx b’sebgħu ftit miż-​żejt sebaʼ darbiet+ quddiem Ġeħova. 17  U mill-​bqija taż-​żejt li jkollu fuq il-​pala taʼ idu, il-​qassis ipoġġi ftit minnu fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idu l-​leminija u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ siequ l-​leminija, fuq id-​demm taʼ l-​offerta għall-​ħtija.+ 18  U dak li jibqaʼ miż-​żejt li jkollu fuq il-​pala taʼ idu, il-​qassis ipoġġih fuq ras dak li qed jindaf, u l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih quddiem Ġeħova. 19  “U l-​qassis joffri l-​offerta għad-​dnub+ u jagħmel tpattija għal dak li qed jindaf min-​nuqqas taʼ safa tiegħu, u wara joqtol l-​offerta tal-​ħruq. 20  U l-​qassis joffri l-​offerta tal-​ħruq u l-​offerta tal-​qmuħ+ fuq l-​artal, u l-​qassis+ jagħmel tpattija għalih;+ u hu jkun nadif.+ 21  “Madankollu, jekk ikun fqir+ u ma jkollux mezzi biżżejjed,+ jieħu muntun żgħir wieħed bħala l-​offerta għall-​ħtija għal offerta tat-​tixjir sabiex issir tpattija għalih, wieħed minn għaxra t’efa dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ, u kejl taʼ log żejt, 22  u żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen, skond kemm ikun jistaʼ jagħti, u wieħed minn dawn iservi bħala offerta għad-​dnub u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq. 23  U fit-​tmien jum,+ biex tiġi stabbilita l-​purifikazzjoni tiegħu,+ iġibhom lill-​qassis fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa+ quddiem Ġeħova. 24  “U l-​qassis jieħu l-​muntun żgħir taʼ l-​offerta għall-​ħtija+ u l-​kejl taʼ log żejt, u l-​qassis ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ 25  U joqtol il-​muntun żgħir taʼ l-​offerta għall-​ħtija, u l-​qassis jieħu ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għall-​ħtija u jpoġġih fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idu l-​leminija u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ siequ l-​leminija.+ 26  U l-​qassis isawwab ftit miż-​żejt fuq il-​pala taʼ idu x-​xellugija.+ 27  U bis-​sabaʼ taʼ idu l-​leminija l-​qassis iroxx+ ftit miż-​żejt li jkollu fuq il-​pala taʼ idu x-​xellugija sebaʼ darbiet quddiem Ġeħova. 28  U miż-​żejt li jkollu fuq il-​pala taʼ idu, il-​qassis ipoġġi ftit fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ dak li qed jindaf u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idu l-​leminija u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ siequ l-​leminija, fuq il-​post tad-​demm taʼ l-​offerta għall-​ħtija.+ 29  U dak li jibqaʼ miż-​żejt li jkollu fil-​pala taʼ idu, il-​qassis ipoġġih fuq ras+ dak li qed jindaf sabiex jagħmel tpattija għalih quddiem Ġeħova. 30  “U joffri waħda mill-​gamiem jew wieħed mill-​bċieċen li jkun jistaʼ jagħti,+ 31  wieħed minnhom bħala offerta għad-​dnub+ u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq,+ u b’hekk joffri li jkun jistaʼ flimkien maʼ l-​offerta tal-​qmuħ; u l-​qassis jagħmel tpattija+ għal dak li qed jindaf quddiem Ġeħova. 32  “Din hi l-​liġi għal min ikollu l-​marda tal-​ġdiem u ma jkollux mezzi biżżejjed meta tiġi stabbilita l-​purifikazzjoni tiegħu.” 33  U Ġeħova kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:  34  “Meta tidħlu fl-​art taʼ Kangħan,+ li qed nagħtikom biex tkun tagħkom,+ u nibgħat il-​marda tal-​ġdiem f’xi dar taʼ l-​art li hi tagħkom,+ 35  sid id-​dar irid jiġi jkellem lill-​qassis u jgħidlu, ‘Hemm roqgħa fil-​ħajt tad-​dar tiegħi u qisha l-​marda tal-​ġdiem.’ 36  U l-​qassis jagħti l-​ordnijiet, u jridu jbattlu d-​dar qabel ma jiġi l-​qassis biex jara l-​marda, sabiex ma jiddikjarax kulma hemm fid-​dar bħala mhux nadif; u mbagħad il-​qassis jidħol jara d-​dar. 37  Meta jkun ra l-​marda, jekk il-​marda tkun fil-​ħitan tad-​dar, bi brix aħdar safrani jew ħamrani li jkun jidher iktar imdaħħal ’il ġewwa minn wiċċ il-​ħajt, 38  il-qassis irid joħroġ mid-​dar, u jżomm id-​dar kwarantina+ għal sebat ijiem. 39  “U l-​qassis irid jerġaʼ lura fis-​sebaʼ jum u jaraha;+ u jekk il-​marda tkun infirxet fil-​ħitan tad-​dar, 40  il-qassis jagħti l-​ordnijiet, u jridu jaqilgħu+ l-​ġebel li jkun fih il-​marda, u jitfgħuh ’il barra mill-​belt f’post mhux nadif. 41  U jġegħelhom joborxu d-​dar minn ġewwa dawramejt, u t-​tajn tat-​tafal li jkunu barxu jridu jitfgħuh ’il barra mill-​belt f’post mhux nadif. 42  U jieħdu ġebel ieħor u jdaħħluh fil-​post minflok il-​ġebel taʼ qabel; u jġegħelhom jieħdu tajn tat-​tafal differenti u jkaħħlu d-​dar. 43  “Iżda jekk il-​marda terġaʼ tidher u tfaqqas fid-​dar wara li jkunu qalgħu l-​ġebel u wara li jkunu barxu d-​dar u kaħħluha, 44  il-qassis+ jidħol jara; u jekk il-​marda tkun infirxet fid-​dar, dan ikun ġdiem bla fejqan+ fid-​dar. Ma tkunx nadifa. 45  U jġegħelhom iġarrfu d-​dar bil-​ġebel tagħha u l-​injam tagħha u t-​tajn tat-​tafal kollu tad-​dar u jġegħelhom iġorruh ’il barra mill-​belt lejn post mhux nadif.+ 46  Imma kulmin jidħol fid-​dar fil-​jiem li din tkun qed tinżamm kwarantina+ ma jkunx nadif sa fil-​għaxija;+ 47  u kulmin jimtedd fid-​dar għandu jaħsel ħwejġu,+ u kulmin jiekol fid-​dar għandu jaħsel ħwejġu. 48  “Madankollu, jekk il-​qassis fil-​fatt jiġi u jara, u, ara, il-​marda ma tkunx infirxet fid-​dar wara li d-​dar tkun tkaħħlet, imbagħad il-​qassis jiddikjara d-​dar nadifa, għaliex il-​marda tkun tfejqet.+ 49  U biex jippurifika d-​dar mid-​dnub jieħu żewġ għasafar+ u injam taċ-​ċedru+ u materjal lewn l-​iskarlat+ u żuf. 50  U joqtol wieħed mill-​għasafar fuq reċipjent tal-​fuħħar li fih l-​ilma ġieri.+ 51  U jieħu l-​injam taċ-​ċedru u ż-​żuf+ u l-​materjal lewn l-​iskarlat u l-​għasfur il-​ħaj u jbillhom fid-​demm taʼ l-​għasfur li nqatel u fl-​ilma ġieri, u jroxxu+ lejn id-​dar sebaʼ darbiet.+ 52  U jippurifika d-​dar mid-​dnub bid-​demm taʼ l-​għasfur u l-​ilma ġieri u l-​għasfur il-​ħaj u l-​injam taċ-​ċedru u ż-​żuf u l-​materjal lewn l-​iskarlat. 53  U jitlaq l-​għasfur il-​ħaj ’il barra mill-​belt fil-​kampanja u jagħmel tpattija+ għad-​dar; u din tkun nadifa. 54  “Din hi l-​liġi dwar kwalunkwe marda tal-​ġdiem+ u dwar ix-​xagħar li ma jaqax b’mod normali+ 55  u dwar il-​ġdiem taʼ xi libsa+ u fid-​dar, 56  u dwar ir-​raxx u l-​qxur u t-​tbajjaʼ,+ 57  sabiex jingħataw l-​istruzzjonijiet+ meta xi ħaġa ma tkunx nadifa u meta xi ħaġa tkun nadifa. Din hi l-​liġi dwar il-​ġdiem.”+

Noti taʼ taħt

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.