Levitiku 12:1-8

12  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk mara toħroġ tqila+ u tiled tifel, ma tkunx nadifa għal sebat ijiem; ma tkunx nadifa bħal fil-​jiem tan-​nuqqas taʼ safa meta jkollha t-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar.+  U fit-​tmien jum, it-​tifel irid jiġi ċirkonċiż.+  Tibqaʼ d-​dar għal tlieta u tletin jum oħra sabiex tissaffa mid-​demm tal-​purifikazzjoni. M’għandhiex tmiss xi ħaġa qaddisa, u m’għandhiex tidħol fil-​post qaddis sakemm jgħaddu l-​jiem tal-​purifikazzjoni tagħha.+  “‘Issa jekk tiled tifla, ma tkunx nadifa għal erbatax-il jum, bħal meta jkollha t-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar. Tibqaʼ d-​dar għal sitta u sittin jum oħra sabiex tissaffa mid-​demm tal-​purifikazzjoni.  Imbagħad meta jgħaddu l-​jiem tal-​purifikazzjoni tagħha għal iben jew għal bint iġġib għand il-​qassis fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa muntun żgħir fl-​ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-​ħruq+ u beċċun jew gamiema+ bħala offerta għad-​dnub.  U l-​qassis irid jippreżenta l-​offerta quddiem Ġeħova u jagħmel tpattija għaliha, u hi tkun nadifa mit-​tnixxija taʼ demmha.+ Din hi l-​liġi dwar dik li tiled tifel jew tifla.  Imma jekk ma jkollhiex biex tagħti muntun żgħir, trid tieħu żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen,+ wieħed bħala offerta tal-​ħruq u l-​ieħor bħala offerta għad-​dnub, u l-​qassis irid jagħmel tpattija+ għaliha, u hi tkun nadifa.’”

Noti taʼ taħt