Levitiku 11:1-47

11  U Ġeħova kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:  “Kellmu lil ulied Israel u għidulhom, ‘Dawn huma l-​ħlejjaq ħajjin li tistgħu tieklu+ mill-​bhejjem kollha li qegħdin fuq l-​art:  Kull ħliqa li għandha d-​difer mifruq fi tnejn u li tixtarr fost il-​bhejjem, tistgħu tikluha.+  “‘Dawn biss m’għandkomx tieklu fost il-​bhejjem li jixtarru u li għandhom id-​difer mifruq: il-​ġemel, għaliex jixtarr imma m’għandux id-​difer mifruq. M’huwiex nadif għalikom.+  Il-fenek tax-​xagħri+ wkoll, għaliex jixtarr imma m’għandux id-​difer mifruq. M’huwiex nadif għalikom.  Il-liebru+ wkoll, għaliex jixtarr imma m’għandux id-​difer mifruq. M’huwiex nadif għalikom.  Il-ħanżir+ ukoll, għaliex għandu d-​difer mifruq fi tnejn, imma ma jixtarrx. M’huwiex nadif għalikom.  Tieklu ebda laħam tagħhom, u tmissux il-​ġisem mejjet tagħhom.+ M’humiex nodfa għalikom.+  “‘Dawn tistgħu tieklu minn kulma hemm fl-​ilmijiet:+ Kulma għandu l-​ġwienaħ u l-​qxur+ fl-​ilmijiet, fl-​ibħra, u fix-​xmajjar tistgħu tikluh. 10  U kulma hemm fl-​ibħra u fix-​xmajjar li m’għandux ġwienaħ u qxur, minn kull ħliqa li tgħix fi qtajjaʼ fl-​ilmijiet u minn kull ruħ ħajja li hemm fl-​ilmijiet, ikun xi ħaġa moqżieża għalikom. 11  Iva, dawn isiru xi ħaġa moqżieża għalikom. Tieklu ebda laħam tagħhom,+ u tridu titqażżuh il-​ġisem mejjet tagħhom. 12  Kulma hemm fl-​ilmijiet li m’għandux ġwienaħ u qxur ikun xi ħaġa moqżieża għalikom. 13  “‘U dawn għandkom titqażżu fost il-​ħlejjaq li jtiru.+ M’għandhomx jittieklu. Ikunu xi ħaġa moqżieża: l-​ajkla,+ l-​arpa, l-​avultun iswed, 14  l-astun aħmar, u l-​astun iswed+ skond ġensu, 15  u kull ċawlun+ skond ġensu, 16  u n-​nagħma,+ il-​kokka, il-​gawwija, u l-​falkun skond ġensu, 17  u l-​kokka żgħira, il-​margun, il-​kokka tal-​qrun,+ 18  iċ-ċinju, il-​pellikan, l-​avultun,+ 19  iċ-ċikonja, u r-​russett skond ġensu, u d-​daqquqa tat-​toppu u l-​farfett il-​lejl.+ 20  Kull ħliqa bil-​ġwienaħ li tgħix fi qtajjaʼ u li timxi fuq erbaʼ saqajn tkun xi ħaġa moqżieża għalikom.+ 21  “‘Dan biss tistgħu tieklu mill-​ħlejjaq kollha bil-​ġwienaħ li jgħixu fi qtajjaʼ u li jimxu fuq erbaʼ saqajn, dawk li ’l fuq minn saqajhom għandhom riġlejn biex jaqbżu bihom fuq l-​art. 22  Dawn huma dawk li tistgħu tieklu minnhom: il-​ġurat li jpassi+ skond ġensu, il-​ġurat li jittiekel+ skond ġensu, il-​grillu skond ġensu, u l-​ġurat li jaqbeż+ skond ġensu. 23  U kull ħliqa oħra bil-​ġwienaħ li tgħix fi qtajjaʼ u li għandha erbaʼ saqajn tkun xi ħaġa moqżieża+ għalikom. 24  Għalhekk, b’dawn ma tibqgħux nodfa. Kulmin imiss l-​iġsma mejtin tagħhom ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+ 25  U kulmin iġorr xi wieħed mill-​iġsma mejtin tagħhom irid jaħsel+ ħwejġu, u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 26  “‘Inkwantu għal kwalunkwe bhima li għandha d-​difer mifruq imma m’huwiex mifruq fi tnejn u ma tixtarrx, din ma tkunx nadifa għalikom. Kulmin imisshom ma jkunx nadif.+ 27  U kull ħliqa li timxi fuq qiegħ saqajha fost il-​ħlejjaq ħajjin kollha li jimxu fuq erbaʼ saqajn, ma tkunx nadifa għalikom. Kulmin imiss l-​iġsma mejtin tagħhom ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 28  U min iġorr l-​iġsma mejtin+ tagħhom irid jaħsel ħwejġu,+ u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. M’humiex nodfa għalikom. 29  “‘U dan hu li mhux nadif għalikom fost il-​ħlejjaq li jgħixu fi qtajjaʼ u li l-​art hi miżgħuda bihom:+ it-​talpa, il-​ġurdien tad-​deżert,+ u l-​gremxula skond ġensha, 30  u l-​wiżgħa, il-​gremxula kbira, il-​gremxula taʼ l-​ilma, ix-​xaħmet l-​art, u l-​kamaleont. 31  Dawn m’humiex nodfa għalikom fost il-​ħlejjaq kollha li jgħixu fi qtajjaʼ.+ Kulmin imisshom meta jkunu mejtin ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+ 32  “‘Issa kwalunkwe ħaġa li fuqha taqaʼ xi waħda minnhom li tkun mejta ma tkunx nadifa, sew jekk tkun reċipjent taʼ l-​injam,+ sew jekk libsa, sew jekk ġilda,+ u sew jekk drapp taʼ l-​ixkora.+ Kwalunkwe reċipjent li jsir xi użu minnu jitqiegħed fl-​ilma, u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija u mbagħad ikun nadif. 33  Inkwantu għal xi reċipjent tal-​fuħħar+ li taqaʼ fih xi waħda minnhom, kulma jkun hemm fih ma jkunx nadif, u għandek tfarrku.+ 34  Kull tip taʼ ikel li jistaʼ jittiekel u li jiġi fuqu l-​ilma minn reċipjent bħal dan ma jkunx nadif, u kull xarba li tinxtorob fi kwalunkwe reċipjent ma tkunx nadifa. 35  U kulma jaqaʼ fuqu xi wieħed mill-​iġsma mejtin tagħhom ma jkunx nadif. Sew jekk ikun forn u sew jekk ikun bażi taʼ xi ġarra, għandu jitkisser. M’humiex nodfa, u ma jibqgħux nodfa għalikom. 36  Nixxiegħa u bir bl-​ilma maħżun biss jibqgħu nodfa, imma kulmin imiss l-​iġsma mejtin ma jkunx nadif. 37  U jekk xi wieħed mill-​iġsma mejtin tagħhom jaqaʼ fuq xi żerriegħa taʼ xitla li trid tinżeraʼ, din tkun nadifa. 38  Imma jekk jintefaʼ l-​ilma fuq iż-​żerriegħa u xi ħaġa mill-​iġsma mejtin tagħhom taqaʼ fuqha, ma tkunx nadifa għalikom. 39  “‘Issa jekk tmutilkom xi bhima li tistgħu tikluha, min imiss il-​ġisem mejjet tagħha ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+ 40  U min jiekol+ xi parti mill-​ġisem mejjet tagħha jrid jaħsel ħwejġu, u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija; u min iġorr il-​ġisem mejjet tagħha jrid jaħsel ħwejġu, u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 41  U kull ħliqa li tgħix fi qtajjaʼ u li l-​art hi miżgħuda biha tkun xi ħaġa moqżieża.+ Tikluhiex. 42  Inkwantu għal xi ħliqa li titkaxkar fuq żaqqha+ u xi ħliqa li timxi fuq erbaʼ saqajn jew fuq għadd kbir taʼ saqajn mill-​ħlejjaq kollha li jgħixu fi qtajjaʼ u li l-​art hi miżgħuda bihom, tikluhomx, għaliex huma xi ħaġa moqżieża.+ 43  Tħallux lil ruħkom issir moqżieża b’xi ħliqa li tgħix fi qtajjaʼ u li tiżdied bil-​kotra, u tħallux lilkom infuskom issiru mhux nodfa bihom u fil-​fatt tkunu mhux nodfa bihom.+ 44  Għax jien Ġeħova Alla tagħkom;+ u tridu tqaddsu lilkom infuskom u tkunu qaddisin,+ għax jien qaddis.+ Għalhekk, tħallux lil ruħkom issir mhix nadifa b’xi ħliqa li tgħix fi qtajjaʼ u li titħarrek fuq l-​art. 45  Għax jien Ġeħova li qed intellagħkom mill-​art taʼ l-​Eġittu biex nurikom li jien Alla;+ u intom tridu tkunu qaddisin,+ għaliex jien qaddis.+ 46  “‘Din hi l-​liġi dwar il-​bhima u l-​ħliqa li ttir u kull ruħ ħajja li titħarrek fl-​ilmijiet+ u dwar kull ruħ li l-​art hi miżgħuda biha, 47  sabiex tagħmlu distinzjoni+ bejn dak li mhux nadif u dak nadif u bejn il-​ħliqa ħajja li tistaʼ tittiekel u l-​ħliqa ħajja li ma tistax tittiekel.’”

Noti taʼ taħt