Levitiku 10:1-20

10  Iktar tard Nadab u Abiħu,+ ulied Aron, kull wieħed minnhom qabad u ġab ir-​reċipjent għall-​inċens+ tiegħu u poġġa n-​nar fih u tefaʼ l-​inċens+ fuqu, u bdew joffru quddiem Ġeħova nar projbit,+ li hu ma kienx ordnalhom bil-​miktub.  U ħareġ nar minn quddiem Ġeħova u qeridhom,+ u b’hekk mietu quddiem Ġeħova.+  Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Dan tkellem Ġeħova u qal, ‘Ħa nitqaddes+ fost dawk li huma qribi,+ u ħa nkun glorifikat+ quddiem wiċċ in-​nies kollha.’” U Aron baqaʼ sieket.  Għalhekk, Mosè sejjaħ lil Misael u lil Elsafan, ulied Użżijel,+ iz-​ziju t’Aron, u qalilhom: “Ersqu qrib, ġorru lil ħutkom minn quddiem il-​post qaddis u ħuduhom ’il barra mill-​kamp.”+  Huma għaldaqstant resqu qrib u ġarrewhom bl-​ilbies twil tagħhom ’il barra mill-​kamp, sewwasew bħalma kien qal Mosè.  Imbagħad Mosè qal lil Aron u lil Elegħażar u Itamar, uliedu l-​oħrajn: “Tittraskurawx xagħarkom,+ u ċċarrtux ħwejjiġkom, sabiex ma tmutux u biex hu ma jagħdabx kontra l-​ġemgħa kollha;+ imma ħutkom tad-​dar kollha taʼ Israel se jibku minħabba l-​qerda li Ġeħova kkaġuna bin-​nar.  U mid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa toħorġux li ma tmorrux tmutu,+ għaliex iż-​żejt tad-​dlik taʼ Ġeħova qiegħed fuqkom.”+ Għalhekk, għamlu skond ma qalilhom Mosè.  U Ġeħova kellem lil Aron u qallu:  “Tixrobx inbid jew xorb li jsakkar,+ int u wliedek miegħek, meta tidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa, għax inkella tmutu. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet tagħkom, 10  kemm sabiex tagħmlu distinzjoni bejn dak li hu qaddis u dak li hu profan u bejn dak li mhux nadif u dak li hu nadif,+ 11  u kemm biex tgħallmu lil ulied Israel+ ir-​regolamenti kollha li Ġeħova kellimhom dwarhom permezz taʼ Mosè.” 12  Imbagħad Mosè kellem lil Aron u lil Elegħażar u Itamar, l-​ulied li kien baqagħlu: “Ħudu l-​offerta tal-​qmuħ+ li kien baqaʼ mill-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar u kuluha mħejjija bla ħmira ħdejn l-​artal, għaliex din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+ 13  U tridu tikluha f’post qaddis,+ għaliex hi sehmek u sehem uliedek mill-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar; għax jien hekk ġejt kmandat. 14  U tieklu s-​sidra taʼ l-​offerta tat-​tixjir+ u s-​sieq tas-​sehem sagru+ f’post nadif, int u wliedek subien u bniet miegħek,+ għaliex ngħatawlek bħala sehmek u sehem uliedek mis-​sagrifiċċji taʼ sħubija taʼ wlied Israel. 15  Huma jġibu s-​sieq tas-​sehem sagru u s-​sidra taʼ l-​offerta tat-​tixjir+ flimkien maʼ l-​offerti magħmulin bin-​nar, tal-​bċejjeċ imxaħħmin, sabiex ixejru l-​offerta tat-​tixjir ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova; u din trid isservi bħala sehem+ għal żmien indefinit għalik u għal uliedek miegħek, sewwasew bħalma kkmanda Ġeħova.” 16  U Mosè fittex bir-​reqqa l-​bodbod taʼ l-​offerta għad-​dnub,+ u, ara, kien ġie maħruq. Għalhekk, tgħaddab għal Elegħażar u Itamar, ulied Aron li kien baqaʼ, u qalilhom: 17  “Għala ma kiltux l-​offerta għad-​dnub fil-​post li hu qaddis,+ ladarba din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa u hu taha lilkom ħalli twieġbu għall-​iżball tal-​ġemgħa sabiex tagħmlu tpattija għalihom quddiem Ġeħova?+ 18  Ara! Demmha ma ddaħħalx ġewwa fil-​post qaddis.+ Kellkom assolutament tikluha fil-​post qaddis, sewwasew bħalma ġejt kmandat jien.”+ 19  Għal dan, Aron qal lil Mosè: “Ara! Illum huma ppreżentaw l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​ħruq quddiem Ġeħova,+ waqt li affarijiet bħal dawn bdew jiġru lili; u kieku llum jien kilt l-​offerta għad-​dnub, kien dan jingħoġob f’għajnejn Ġeħova?”+ 20  Meta Mosè semaʼ hekk, dan intgħoġob f’għajnejh.

Noti taʼ taħt