Levitiku 1:1-17

1  U Ġeħova sejjaħ* lil Mosè u kellmu mit-​tinda tal-​laqgħa+ u qallu:  “Kellem lil ulied Israel,+ u għidilhom, ‘Jekk xi raġel minnkom jippreżenta offerta lil Ġeħova mill-​annimali domestiċi, għandkom tippreżentaw l-​offerta tagħkom mill-​imrieħel tal-​baqar u tan-​nagħaġ.  “‘Jekk l-​offerta tiegħu tkun offerta tal-​ħruq+ mill-​baqar, għandu jippreżenta raġel, bla difett.+ Għandu jippreżentah minn jeddu quddiem Ġeħova+ fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.  U jrid iqiegħed idu fuq ras l-​offerta tal-​ħruq, u din tkunlu milqugħa+ biex issir tpattija għalih.+  “‘Imbagħad il-​barri ż-​żgħir irid jinqatel quddiem Ġeħova; u wlied Aron, il-​qassisin,+ jippreżentaw id-​demm u jroxxu d-​demm dawramejt fuq l-​artal,+ li qiegħed fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.  U l-​offerta tal-​ħruq trid titqaxxar u tinqataʼ kull parti għaliha.+  U wlied Aron, il-​qassisin, ipoġġu n-​nar fuq l-​artal+ u jirranġaw il-​ħatab fuq in-​nar.+  U jirranġaw il-​bċejjeċ,+ ir-​ras, u x-​xaħam tal-​kilwa fuq il-​ħatab li qiegħed fuq in-​nar taʼ fuq l-​artal.  U msarnu+ u riġlejh* jinħaslu bl-​ilma; u l-​qassis jaħarqu* kollu kemm hu fuq l-​artal bħala offerta tal-​ħruq, offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli* lil Ġeħova.+ 10  “‘U jekk l-​offerta tiegħu għal offerta tal-​ħruq tkun mill-​merħla,+ mill-​imtaten żgħar jew mill-​mogħoż,+ għandu jippreżenta raġel, bla difett.+ 11  U dan għandu jinqatel fil-​ġenb taʼ l-​artal lejn it-​tramuntana quddiem Ġeħova, u wlied Aron, il-​qassisin, iridu jroxxu demmu dawramejt fuq l-​artal.+ 12  U hu jrid iqattgħu kull parti għaliha u rasu u x-​xaħam tal-​kilwa tiegħu, u l-​qassis irid jirranġahom fuq il-​ħatab li qiegħed fuq in-​nar taʼ fuq l-​artal.+ 13  U jaħsel l-​imsaren+ u r-​riġlejn+ bl-​ilma; u l-​qassis irid jippreżentah kollu kemm hu u jaħarqu+ fuq l-​artal. Din hi offerta tal-​ħruq, offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ 14  “‘Madankollu, jekk l-​offerta tiegħu bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova tkun mit-​tjur, irid jippreżenta l-​offerta tiegħu mill-​gamiem+ jew mill-​bċieċen.+ 15  U l-​qassis irid jippreżentaha fuq l-​artal u jaqtgħalha+ rasha u jaħraqha fuq l-​artal, imma demmha jrid jiġi mċarċar fil-​ġenb taʼ l-​artal. 16  U jneħħilha l-​ħawsla bir-​rix tagħha u jixħitha maġenb l-​artal, lejn il-​lvant, fil-​post taʼ l-​irmied bix-​xaħam* fuqu.+ 17  U jiksrilha ġwinħajha. M’għandux jaqsamha.+ Imbagħad il-​qassis irid jaħraqha fuq l-​artal fuq il-​ħatab li qiegħed fuq in-​nar. Din hi offerta tal-​ħruq,+ offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

“U Ġeħova sejjaħ.” Bl-​Ebrajk, dan it-​tielet ktieb taʼ Mosè hu msemmi għal dan il-​kliem li jiftaħ bih. “Levitiku” jfisser “Taʼ Levita.”
Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt. F’vers 13 ukoll.
Letteralment, “jagħmlu jdaħħan.”
Letteralment, “riħa li sserraħ.”
Ara Eżo 27:3, in-​nota taʼ taħt.