Lamentazzjonijiet 5:1-22

5  *Ftakar, O Ġeħova, xi ġralna.+ Ħares u ara t-​tmaqdir tagħna.+   Wirtna ngħata f’idejn l-​istranġieri, djarna lill-​barranin.+   Sirna ltiema mingħajr missier.+ Ommijietna qishom romol.+   Kellna noħorġu l-​flus biex nixorbu mill-​ilma tagħna stess.+ Il-​ħatab tagħna stess inħallsu għalih.   Ġrew warajna u għoddhom laħqulna għonqna.+ Għejejna. Ma baqgħalniex mistrieħ.+   Tajna idejna+ lill-​Eġittu;+ lill-​Assirja,+ sabiex nixbgħu bil-​ħobż.   Kienu missirijietna li dinbu.+ Huma m’għadhomx iktar. U aħna tgħabbejna bl-​iżbalji tagħhom.+   Sempliċi qaddejja ħakmu fuqna.+ M’hemm ħadd li jeħlisna minn taħt idejhom.+   Ħobżna nġibuh waqt li nissograw ħajjitna,+ minħabba s-​sejf fix-​xagħri. 10  Il-ġilda tagħna saret taħraq bħal forn, minħabba l-​weġgħat tal-​ġuħ.+ 11  F’Sijon umiljaw lin-​nisa miżżewġin,+ u lill-​verġni fil-​bliet taʼ Ġuda. 12  Lill-prinċpijiet dendluhom minn id waħda biss.+ Wiċċ ix-​xjuħ ma ġiex onorat.+ 13  Anki l-​ġuvintur qabdu l-​mitħna taʼ l-​idejn,+ u s-​subien tfixklu mgħobbijin bil-​ħatab.+ 14  M’għadx hemm xjuħ f’bieb il-​belt,+ u lanqas żgħażagħ idoqqu l-​istrumenti tagħhom.+ 15  Il-ferħ taʼ qalbna għab. Iż-​żfin tagħna nbidel f’niket.+ 16  Il-kuruna taʼ fuq rasna waqgħet.+ Gwaj għalina issa għax dnibna!+ 17  Minħabba dan qalbna mardet.+ Minħabba dawn l-​affarijiet għajnejna ċċajprulna,+ 18  Minħabba li l-​muntanja taʼ Sijon saret ħerba;+ il-​volpijiet jiġġerrew fuqha.+ 19  U int, O Ġeħova, se toqgħod fuq it-​tron tiegħek għal dejjem.+ It-​tron tiegħek jibqaʼ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 20  Għala se tibqaʼ tinsiena għal dejjem,+ titlaqna għal kemm itul iż-​żmien?+ 21  Reġġagħna lura,+ O Ġeħova, lejk, u aħna niġu mill-​ewwel. Ġibilna jiem ġodda bħal dawk li kellna żmien twil ilu.+ 22  Madankollu, int ċħadtna għalkollox.+ Int għadabt ħafna għalina.+

Noti taʼ taħt

Dan il-​kapitlu m’huwiex akrostiku skond l-​alfabet, bħall-​erbaʼ kapitli taʼ qablu, imma xorta għandu 22 vers daqs l-​alfabet Ebrajk li għandu 22 ittra.