Lamentazzjonijiet 4:1-22

א [Alef] 4  O kif ittappan id-​deheb li kien ileqq, id-​deheb fin!+O kif qed jixxerred f’ras it-​toroq kollha+ l-​ħaġar imqaddes!*+ ב [Bet]   L-ulied prezzjużi taʼ Sijon,+ dawk li ntiżnu mad-​deheb irfinut,O kif m’għadhomx jiswew iktar minn ġarar kbar tal-​fuħħar, xogħol idejn il-​fuħħari!+ ג[Gimel]   Anki x-​xakalli ppreżentaw sidirhom u reddgħu l-​frieħ tagħhom.Imma bint il-​poplu tiegħi saret kattiva,+ bħan-​ngħam fix-​xagħri.+ ד [Dalet]   Ilsien it-​tarbija tal-​ħalib weħel mas-​saqaf taʼ ħalqha minħabba l-​għatx.+It-​tfal talbu l-​ħobż.+ M’hemmx min jagħtihulhom.+ ה [Ħe]   Dawk li kienu jieklu affarijiet tajbin inħasdu fit-​toroq.+Dawk li trabbew bl-​iskarlat+ spiċċaw kellhom iħaddnu l-​gzuz taʼ l-​irmied.+ ו [Waw]   Il-kastig għall-​iżball taʼ bint il-​poplu tiegħi jkun akbar mill-​kastig għad-​dnub taʼ Sodoma,+Li waqgħet f’waqt wieħed, u li ħadd ma taha daqqa t’id.+ ז [Żajin]   In-Nażiriti+ tagħha kienu iktar puri mill-​borra;+ bojod iktar mill-​ħalib.Fil-​fatt kienu ħamranin+ iżjed mill-​qroll; kienu llostrati bħaż-​żaffir.+ ח [Ħet]   Id-dehra tagħhom skurat iktar mis-​swidija. Ma ntgħarfux fit-​toroq.+Il-​ġilda nxtorbot fuq għadamhom.+ Nixfet bħal siġra. ט [Tet]   Aħjar dawk maqtulin bis-​sejf+ minn dawk maqtulin bil-​ġuħ,+Għax dawn jinfnew ftit ftit minħabba n-​nuqqas taʼ prodotti tar-​rabaʼ, bħallikieku ġew minfudin. י [Jod] 10  Idejn in-​nisa ħanina għallew ’l uliedhom stess.+Dawn saru bħall-​ħobż tal-​konsolazzjoni matul it-​tiġrif taʼ bint il-​poplu tiegħi.+ כ [Kaf] 11  Ġeħova esprima l-​korla kollha tiegħu.+ Ferraʼ r-​rabja taħraq tiegħu.+U jqabbad nar f’Sijon, li jiklilha l-​pedamenti tagħha.+ ל [Lamed] 12  Is-slaten taʼ l-​art u l-​abitanti kollha taʼ l-​art m’emmnux+Li l-​avversarju u l-​għadu kellhom jidħlu mill-​bibien taʼ Ġerusalemm.+ מ [Mem] 13  Minħabba d-​dnubiet tal-​profeti tagħha, l-​iżbalji tal-​qassisin tagħha,+Ġew f’nofsha dawk li xerrdu demm il-​ġusti.+ נ [Nun] 14  Iġġerrew bħal għomja+ fit-​toroq.+ Tniġġsu bid-​demm,+U għalhekk ħadd ma jistaʼ jmissilhom ħwejjiġhom.+ ס [Samek] 15  “Ersqu min-​nofs! M’intomx nodfa!”+ qalulhom. “Ersqu min-​nofs! Ersqu min-​nofs! Tmissuniex!”+Għax spiċċaw ma kellhomx fejn joqogħdu.+ U ġġerrew ’l hemm u ’l hawn.+ In-​nies qalu fost il-​ġnus: “Ma jerġgħux jgħixu magħna bħala barranin.+ פ [Pe] 16  Ġeħova xerridhom.+ M’huwiex se jerġaʼ jħares lejhom.+Il-​qassisin ma jintwerewx konsiderazzjoni.+ Lix-​xjuħ ma jħennux għalihom.”+ ע [Għajn] 17  Sakemm inkomplu neżistu, għajnejna se jibqgħu jinfnew għalxejn waqt li nistennew l-​għajnuna.+Aħna u nfittxu ’l hemm u ’l hawn dorna lejn ġens li ma jistax isalvana.+ צ [Sade] 18  Qed iqisulna l-​passi tagħna,+ u għalhekk ma nistgħux nimxu fil-​pjazez tagħna.Tmiemna fil-​qrib. Għalqilna żmienna, għax wasal tmiemna.+ ק [Kof] 19  Eħfef mill-​ajkli tas-​smewwiet kienu dawk li ġrew warajna.+Fuq il-​muntanji ġrew warajna kemm felħu.+ Fix-​xagħri qagħdu lesti għalina.+ ר [Rex] 20  In-nifs taʼ mnifsejna,+ il-​midluk taʼ Ġeħova,+ inqabad fil-​ħofra kbira tagħhom,+Dak li dwaru għedna: “Għad-​dell tiegħu+ se ngħixu fost il-​ġnus.”+ ש [Sin] 21  Ifraħ u thenna,+ O bint Edom,+ int li tgħammar fl-​art t’Uż.+Il-​kies se jgħaddi għal għandek ukoll.+ Se tisker u tinkixef għarwiena.+ ת [Taw] 22  Il-kastig għall-​iżball tiegħek, O bint Sijon, intemm.+ Hu ma jerġax jieħdok fl-​eżilju.+Se jikkastigak għall-​iżball tiegħek, O bint Edom. Kixiflek dnubietek.+

Noti taʼ taħt

Jew, “il-​ġebel tas-​santwarju.”