Lamentazzjonijiet 3:1-66

א [Alef]* 3  Jien ir-​raġel b’saħħtu li ra s-​sofferenza+ minħabba l-​ħatar tar-​rabja qalila tiegħu.   Lili ħa u mexxa fid-​dlam u mhux fid-​dawl.+   Iva, kontrija jdawwar idu kemm-il darba matul il-​jum.+ ב [Bet]   Herrieli laħmi u ġildi.+ Kissirli għadmi.+   Bena ħajt madwari, u dawwarni+ b’ħaxix velenuż+ u tbatija.   Poġġieni bil-​qiegħda f’postijiet mudlama,+ bħal dawk li ilhom mejtin żmien twil.+ ג [Gimel]   Sakkarni bħallikieku b’ħajt tal-​ġebel, sabiex ma noħroġx.+ Rabatni bi rbit tqil tar-​ram aħmar.+   U meta nsejjaħ għall-​għajnuna u ngħajjat għall-​ajjut, it-​talb tiegħi ma jisimgħux.+   Għalaqli triqati b’ġebel minġur.+ Gerfixli mogħdijieti.+ ד [Dalet] 10  Lest għalija bħal ors,+ bħal iljun moħbi.+ 11  Ħawwadli triqati, u ġabni ma niswa xejn. Għamilni bħal wieħed abbandunat.+ 12  Ħejja l-​qaws tiegħu,+ u mmira l-​vleġġa lejja.+ ה [Ħe] 13  Fil-kliewi daħħalli l-​vleġeġ, ulied il-​barżakka tiegħu.+ 14  Għan-nies kollha taʼ kontrija sirt xi ħaġa tad-​daħq,+ sirt it-​tema tal-​kant tagħhom il-​jum kollu.+ 15  Xebbagħni b’affarijiet morri.+ Faqagħni bi pjanta morra.*+ ו [Waw] 16  U kissirli snieni biż-​żrar.+ Ġegħelni nitmiegħek fl-​irmied.+ 17  Int warrabtni, u b’hekk ruħi ma tistax issib sliem. Jien insejt x’inhu ġid.+ 18  U ngħid: “Għabet il-​glorja tiegħi, u ma nistenna xejn iktar minn Ġeħova.”+ ז [Żajin] 19  Ftakar fis-​sofferenza tiegħi u li m’għandix fejn noqgħod,+ fil-​pjanta morra u l-​ħaxix velenuż li niekol.+ 20  Żgur li ruħek tiftakar u titbaxxa lejja.+ 21  Dan se nibqaʼ nżommu f’moħħi.+ Għalhekk, se nistenna b’attitudni xierqa.+ ח [Ħet] 22  Hu minħabba l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba+ taʼ Ġeħova li ma ntemmejniex,+ għax il-​ħniniet tiegħu ma jispiċċawx.+ 23  Jiġġeddu kull fil-​għodu.+ Il-​fedeltà tiegħek hi kotrana.+ 24  “Ġeħova huwa sehmi,”+ qalet ruħi, “għalhekk se nistennieh b’attitudni xierqa.”+ ט [Tet] 25  Tajjeb Ġeħova maʼ min jittama fih,+ mar-​ruħ li tibqaʼ tfittxu.+ 26  Tajjeb li wieħed jistenna,+ iva, fis-​skiet,+ għas-​salvazzjoni taʼ Ġeħova.+ 27  Tajjeb għal raġel b’saħħtu li jġorr il-​madmad f’żgħożitu.+ י [Jod] 28  Ħa joqgħod bil-​qiegħda waħdu u jibqaʼ sieket,+ għax hu għabbieh b’din it-​tagħbija.+ 29  Ħa jagħmel ħalqu mat-​trab.+ Forsi hemm tama.+ 30  Ħa jagħti ħaddejh lil min qed isawtu.+ Ħa jissaporti t-​tmaqdir tiegħu bis-​sħiħ.+ כ [Kaf] 31  Għax Ġeħova mhux se jibqaʼ jwarrabna għal dejjem.+ 32  Għax għalkemm nikkitna,+ hu se jurina ħniena skond l-​abbundanza taʼ qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+ 33  Għax mhux minn qalbu jgħakkes lil ulied il-​bnedmin jew inikkithom.+ ל [Lamed] 34  Għal wieħed li jgħaffeġ taħt saqajh+ il-​priġunieri kollha taʼ l-​art,+ 35  Li jneħħi l-​ġudizzju taʼ raġel minn quddiem wiċċ l-​Iktar Għoli,+ 36  Li jċaħħad lil bniedem mill-​ġustizzja f’kawża legali, Ġeħova m’esprimiex approvazzjoni.+ מ [Mem] 37  Min ordna li ssir xi ħaġa u seħħet meta Ġeħova nnifsu ma kkmandax li ssir?+ 38  Għax minn fomm l-​Iktar Għoli ma joħorġux affarijiet ħżiena flimkien m’affarijiet tajbin.+ 39  Kif jistaʼ bniedem ħaj joqgħod jilmenta,+ raġel b’saħħtu jilmenta minħabba dnubu?+ נ [Nun] 40  Ejjew neżaminaw triqatna u nifluhom,+ u ejjew nerġgħu lura għand Ġeħova.+ 41  Ejjew ngħollu qlubna flimkien maʼ idejna fit-​talb lil Alla fis-​smewwiet:+ 42  “Aħna dnibna, u aġixxejna b’mod ribelluż.+ Int ma ħfirtx.+ ס [Samek] 43  Minħabba r-​rabja ma ħallejtniex nersqu lejk,+ u komplejt tiġri warajna.+ Int qtilt; ma wrejtx mogħdrija.+ 44  Ma ħallejtniex nersqu lejk billi qegħedt ħafna sħab quddiemek,+ sabiex it-​talb ma jgħaddix minnu.+ 45  Int tagħmilna rmixk u skart fost il-​popli.”+ פ [Pe] 46  L-għedewwa kollha tagħna fetħu ħalqhom għalina.+ 47  Biżaʼ u ħofra għandna issa,+ ħerba u tiġrif.+ 48  Minn għajnejja neżlin gliegel taʼ ilma minħabba t-​tiġrif taʼ bint il-​poplu tiegħi.+ ע [Għajn] 49  Għajnejja jċarċru d-​dmugħ u ma jiqfux, ma jistriħux,+ 50  Sakemm Ġeħova jħares ’l isfel u jarana mis-​sema.+ 51  Għajnejja weġġgħuli ruħi,+ minħabba l-​bniet kollha taʼ belti.*+ צ [Sade] 52  L-għedewwa tiegħi ħarġu jikkaċċjawni qisni xi għasfur,+ għalxejn b’xejn.+ 53  Ipprovaw itemmuli ħajti fil-​ħofra,+ u qagħdu jitfgħuli l-​ġebel. 54  L-ilmijiet għattewli rasi.+ Għedt: “Żgur se ninqered!”+ ק [Kof] 55  Sejjaħt ismek, O Ġeħova, minn ħofra mill-​iktar fonda.+ 56  Żgur li se tismaʼ leħni.+ Tagħlaqx widnejk għall-​għajta tiegħi għall-​għajnuna, biex isserraħni.+ 57  Int ersaqt qrib meta qgħadt insejjaħlek.+ Għedtli: “Tibżax.”+ ר [Rex] 58  Ħadt f’idejk il-​kawża tiegħi,+ O Ġeħova. Fdejtli ħajti.+ 59  Int rajt, O Ġeħova, xi ħsara saritli.+ Agħmel il-​ġudizzju għalija.+ 60  Int rajt il-​vendetta kollha tagħhom, il-​ħsibijiet kollha li ħasbu kontrija.+ ש [Sin] jew [Xin] 61  Smajt iż-​żebliħ kollu tagħhom, O Ġeħova, il-​ħsibijiet kollha li ħasbu kontrija,+ 62  Il-kliem taʼ xofftejn dawk li qamu kontrija+ u t-​tfesfis tagħhom kontrija l-​jum kollu.+ 63  Arahom meta joqogħdu bil-​qiegħda u meta jqumu bil-​wieqfa.+ Jien is-​suġġett tal-​kant tagħhom.+ ת [Taw] 64  O Ġeħova, int se troddilhom lura skond għemil idejhom.+ 65  Se tagħtihom qalb insolenti,+ is-​saħta tiegħek fuqhom.+ 66  Int se tfittixhom bir-​rabja, Ġeħova, u teqridhom għalkollox+ minn taħt smewwietek.+

Noti taʼ taħt

Kull linja f’kull sezzjoni taʼ dan il-​kapitlu tibda bl-​istess ittra Ebrajka skond l-​ordni alfabetiku; is-​sezzjoni Pe (versi 46-48) qiegħda qabel is-​sezzjoni Għajn (versi 49-51).
Letteralment, “assenzju.”
Jew, “il-​bliet kollha li jiddependu minn belti.”