Lamentazzjonijiet 2:1-22

א [Alef] 2  O kif Ġeħova għatta lil bint Sijon bis-​sħab fir-​rabja tiegħu!+Is-​sbuħija taʼ Israel+ mis-​sema waddabha fl-​art.+U ma ftakarx fil-​banketta għal saqajh+ f’jum ir-​rabja tiegħu. ב [Bet]   Ġeħova belaʼ l-​postijiet fejn jgħammar+ Ġakobb; maʼ l-​ebda wieħed minnhom ma wera mogħdrija.Fir-​rabja qalila tiegħu ġarraf il-​postijiet fortifikati+ taʼ bint Ġuda.Tefagħhom maʼ l-​art,+ kasbar is-​saltna+ u l-​prinċpijiet tagħha.+ ג [Gimel]   Fis-saħna tar-​rabja tiegħu qaċċat kull qarn* taʼ Israel.+Reġġaʼ lura idu l-​leminija minn quddiem l-​għadu;+U f’Ġakobb hu jibqaʼ jaqbad bħal nar iħeġġeġ li jiblaʼ kulma hemm madwaru.+ ד [Dalet]   Ħejja l-​qaws tiegħu bħalma jagħmel l-​għadu.+ Idu l-​leminija+ tinsab lesta f’posthaBħalma jagħmel l-​avversarju,+ u baqaʼ joqtol lil dawk kollha li kienu jpaxxu l-​għajnejn.+Għal ġot-​tinda+ taʼ bint Sijon sawwab il-​korla tiegħu, bħan-​nar.+ ה [Ħe]   Ġeħova sar bħal għadu.+ Belaʼ lil Israel.+Belaʼ t-​torrijiet mgħammrin kollha tagħha;+ il-​postijiet fortifikati tiegħu għamilhom ħerba.+U f’bint Ġuda kattar in-​niket u t-​tinwiħ.+ ו [Waw]   U lill-​għarix+ tiegħu ttrattah ħażin bħal għarix fi ġnien.+ Qeridlu l-​festa tiegħu.Ġeħova nessa f’Sijon il-​festa+ u s-​Sabat,*U fil-​qilla t’għadbu ma wera ebda rispett lejn is-​sultan u l-​qassis.+ ז [Żajin]   Ġeħova warrab l-​artal tiegħu.+ Stmerr is-​santwarju tiegħu.+Ċeda l-​ħitan tat-​torrijiet mgħammrin tagħha f’idejn l-​għadu.+Huma semmgħu leħinhom fid-​dar taʼ Ġeħova, bħal f’jum taʼ festa.+ ח [Ħet]   Ġeħova ħaseb li jħarbat is-​sur+ taʼ bint Sijon.Firex il-​ħabel tal-​kejl.+ Ma żammx idu lura milli jeqred.+U tefaʼ n-​niket fuq is-​sur u l-​ħajt.+ Iddgħajfu t-​tnejn li huma. ט [Tet]   Il-bibien+ tagħha ntradmu fl-​art. Qered u farrak l-​istaneg tagħha.Is-​sultan u l-​prinċpijiet tagħha jinsabu fost il-​ġnus.+ M’hemmx liġi.+Il-​profeti tagħha ma rċivew l-​ebda viżjoni mingħand Ġeħova.+ י [Jod] 10  Ix-xjuħ taʼ bint Sijon qegħdin bil-​qiegħda maʼ l-​art, fejn jibqgħu siktin.+Tefgħu t-​trab fuq rashom.+ Tħażżmu bl-​ixkora.+Il-​verġni taʼ Ġerusalemm niżżlu rashom sa l-​art.+ כ [Kaf] 11  Għajnejja nfnew bid-​dmugħ li xerridt.+ Il-​ġewwieni* tiegħi qed ibaqbaq.+Fwiedi xxerred maʼ l-​art,+ minħabba t-​tisbita li ħadet bint il-​poplu tiegħi,+Minħabba li t-​tfal u t-​trabi tal-​ħalib qed iħosshom ħażin fil-​pjazez tal-​belt.+ ל [Lamed] 12  Kienu qed jgħidu lil ommijiethom: “Fejn huma l-​qmuħ u l-​inbid?”+Għax intelqu bħal maqtulin fil-​pjazez tal-​belt,Għax bil-​mod il-​mod qed imutu fi ħdan ommhom. מ [Mem] 13  Liema eżempju nistaʼ nurik? Maʼ xiex se nxebbhek, O bint Ġerusalemm?+Maʼ xiex se nqabblek, sabiex infarrġek, O verġni, bint Sijon?+Għax il-​ġerħa tiegħek+ kbira daqs il-​baħar. Min jistaʼ jfejqek?+ נ [Nun] 14  Il-profeti tiegħek raw għalik viżjonijiet fiergħa u bla siwi,+U ma kixfux l-​iżball tiegħek sabiex jiskansawlek il-​jasar,+Imma baqgħu jaraw għalik viżjonijiet b’dikjarazzjonijiet bla siwi u qarriqin.+ ס [Samek] 15  Dawk kollha li kienu għaddejjin fit-​triq minn ħdejk ċapċpu.+Saffru+ u xenglu rashom+ għal bint Ġerusalemm, u staqsew:“Din hi l-​belt li kienu jgħidulha, ‘Il-​perfezzjoni tas-​sbuħija, ferħ għall-​art kollha’?”+ פ [Pe] 16  L-għedewwa kollha tiegħek fetħu ħalqhom għalik.+Saffru u qagħdu jgħażżu snienhom.+ Qalu: “Nibilgħuha.+Dan hu l-​jum li ttamajna għalih.+ Sibnieh! Rajnieh!”+ ע [Għajn] 17  Ġeħova għamel li kellu f’moħħu.+ Wettaq dak li qal,+Dak li kien ikkmanda minn żmien twil ilu.+ Ġarraf u ma weriex mogħdrija.+U bik iferraħ lill-​għadu.+ Għolla l-​qarn taʼ l-​avversarji tiegħek.+ צ [Sade] 18  Qalbhom għajtet lil Ġeħova,+ O sur taʼ bint Sijon.+Xerred id-​dmugħ bħal gelgul lejl u nhar.+Titħeddilx. Tagħtix mistrieħ lill-​ħabba t’għajnejk. ק [Kof] 19  Qum! Newwaħ matul il-​lejl meta jkunu se jibdew l-​għases taʼ fil-​għodu.+Ferraʼ qalbek+ quddiem wiċċ+ Ġeħova bħall-​ilma.Għolli idejk+ fit-​talb għal ħajjet uliedek,Li minħabba l-​ġuħ qed iħosshom ħażin f’ras it-​toroq kollha.+ ר [Rex] 20  Ara, O Ġeħova, u ħares+ lejn dak li kkastigajtu b’dan il-​mod.Għandhom in-​nisa jibqgħu jieklu frotthom, it-​tfal b’saħħithom li wildu?+Jew għandhom il-​qassis u l-​profeta jinqatlu fis-​santwarju taʼ Ġeħova?+ ש [Xin] 21  It-tifel u x-​xiħ+ imteddew fit-​trab tat-​toroq.+Ix-​xebbiet u l-​ġuvintur tiegħi mietu bis-​sejf.+Int qtilthom f’jum ir-​rabja tiegħek.+ Biċċirthom;+ ma kellekx mogħdrija.+ ת [Taw] 22  Bħal f’jum taʼ festa+ int sejjaħt lin-​nies biex jiġu mill-​inħawi kollha fejn jgħixu bħala barranin.U f’jum il-​korla taʼ Ġeħova ħadd ma ħarab jew baqaʼ ħaj;+It-​tfal b’saħħithom li kelli u li rabbejt, l-​għadu tiegħi qeridhom għalkollox.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Ara La 1:20, in-​nota taʼ taħt.