Lamentazzjonijiet 1:1-22

א [Alef]* 1  O kif spiċċat waħedha,+ il-​belt li kienet mimlija bin-​nies!+Kif saret bħal armla,+ dik li kienet iffollata fost il-​ġnus!+Kif spiċċat tagħmel xogħol forzat, dik li kienet prinċipessa fost il-​provinċji!+ ב [Bet]   Bil-lejl tibki fuq li tibki,+ u d-​dmugħ tagħha jinżel maʼ ħaddejha.+M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha minn fost dawk kollha li kienu jħobbuha.+Sħabha kollha ttradewha.+ Saru għedewwa tagħha.+ ג [Gimel]   Dar Ġuda marret fl-​eżilju minħabba s-​sofferenza+ u minħabba l-​jasar kbir.+Kellha tgħammar fost il-​ġnus.+ Ma sabet ebda post taʼ mistrieħ.Dawk kollha li kienu qed jippersegwitawha qabduha meta kienet f’ċirkustanzi taʼ niket.+ ד [Dalet]   It-toroq taʼ Sijon huma mnikktin, għax ħadd m’hu ġej għall-​festa.+Bwiebha kollha mħarbtin;+ il-​qassisin tagħha qed jitniehdu.+Il-​verġni tagħha maħkumin mid-​dwejjaq, u hi mimlija mrar.+ ה [Ħe]   L-avversarji tagħha huma minn fuq.+ L-​għedewwa tagħha ma jimpurtahomx.+Għax Ġeħova nnifsu ġab l-​għali fuqha talli kisret il-​liġi kemm-il darba;+U wliedha mxew imjassrin quddiem l-​avversarju.+ ו [Waw]   U bint Sijon tilfet ġmielha kollu.+Il-​prinċpijiet tagħha saru bħal ċriev li ma sabux fejn jirgħu;+U jimxu bla saħħa quddiem dak li jrid jaqbadhom.+ ז [Żajin]   Ġerusalemm ftakret, matul jiem is-​sofferenza tagħha u meta niesha ma kellhomx fejn joqogħdu,Fl-​affarijiet sbieħ kollha li kellha sa minn żmien il-​qedem.+Meta niesha waqgħu f’idejn l-​avversarju u ma kien hemm ħadd biex jgħinha,+L-​avversarji rawha. Mal-​waqgħa tagħha qagħdu jidħqu biha.+ ח [Ħet]   Ġerusalemm dinbet bl-​ikrah.+ Għalhekk saret xi ħaġa mistmerra.+Dawk kollha li kienu jonorawha issa jiddisprezzawha,+ għax raw l-​għera tagħha.+Hi titniehed+ u ddur ’l hemm. ט [Tet]   Fi djulha hemm nuqqas taʼ ndafa.+ Ma ftakritx fil-​ġejjieni tagħha,+U għaġġbet lil kulħadd bil-​waqgħa tagħha. M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha.+O Ġeħova, ara s-​sofferenza tiegħi,+ għax l-​għadu tiegħi qed jitkabbar ħafna.+ י [Jod] 10  L-avversarju medd idu fuq l-​affarijiet sbieħ kollha li għandha.+Għax hi rat ġnus deħlin fis-​santwarju tagħha,+Li int ikkmandajthom biex ma jidħlux fil-​kongregazzjoni tiegħek. כ [Kaf] 11  Niesha kollha jitniehdu; qed ifittxu l-​ħobż.+Partu l-​affarijiet sbieħ tagħhom maʼ xi ħaġa x’jieklu, sabiex jieħdu r-​ruħ.+Ara, O Ġeħova, u ħares, għax jien sirt qisni mara bla preġju.+ ל [Lamed] 12  M’hu xejn dan għalikom, intom ilkoll li għaddejjin mit-​triq? Ħarsu u araw.+Hemm xi wġigħ bħall-​uġigħ tiegħi li ġejt kastigata bih,+Li Ġeħova nikkitna bih f’jum ir-​rabja taħraq tiegħu?+ מ [Mem] 13  Mill-għoli bagħat nar f’għadmi,+ u ħakmu kollu.Firex xibka għal saqajja.+ Dawwarni lura.Għamilni mara abbandunata. Il-​jum kollu marida.+ נ [Nun] 14  Hu qagħad għassa għan-​nuqqasijiet tiegħi.+ F’idu jinbarmu f’xulxin.Għonqi taqqluhuli.+ Il-​qawwa tiegħi ħallietni.Ġeħova tani f’idejn dawk li ma nistax inqum kontrihom.+ ס [Samek] 15  Lis-setgħanin kollha tiegħi Ġeħova warrabhom minn ġo nofsi.+Ħejja laqgħa kontrija, sabiex ifarrak lill-​irġiel żgħażagħ tiegħi.+Ġeħova għaffeġ il-​magħsar taʼ l-​inbid+ taʼ bint Ġuda, il-​verġni.+ ע [Għajn] 16  Għalhekk qed nibki.+ Minn għajnejja, minn għajnejja nieżel ħafna dmugħ.+Għax tbiegħed minni min ifarraġni, min jgħinni nieħu r-​ruħ.Uliedi ġew abbandunati,+ għax l-​għadu tkabbar ħafna.+ פ [Pe] 17  Sijon ħarġet idejha.+ M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha.+Ġeħova ta kmand lil dawk kollha madwar Ġakobb biex ikunu l-​avversarji tiegħu.+Ġerusalemm saret ħaġa mistmerra fosthom.+ צ [Sade] 18  Ġeħova hu ġust,+ għax jien irribellajt kontra fommu.+Isimgħu, issa, intom popli kollha, u araw l-​uġigħ tiegħi.Ix-​xebbiet u l-​ġuvintur tiegħi marru fil-​jasar.+ ק [Kof] 19  Sejjaħt lil dawk li ħabbewni bil-​kbir.+ Daħqu bija.Il-​qassisin u x-​xjuħ tiegħi ntemmew fil-​belt,+Waqt li kienu qed ifittxu xi ħaġa x’jieklu għalihom infushom sabiex jieħdu r-​ruħ.+ ר [Rex] 20  Ħares, O Ġeħova, għax jien ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra. Il-​ġewwieni* tiegħi qed ibaqbaq.+Qalbi muġugħa ġo fija,+ għax kont ribelluża ferm.+Fuq barra, is-​sejf ċaħħadni mit-​tfal.+ U ġewwa d-​dar hemm il-​mewt ukoll.+ ש [Xin] 21  In-nies semgħu li qed nitniehed.+ M’hemmx min ifarraġni.+L-​għedewwa kollha tiegħi semgħu bil-​gwaj tiegħi.+ Tgħidx kemm ferħu b’dan, għax int stess ġibtu fuqi.+Int se ġġib il-​jum li ħabbart,+ sabiex huma wkoll isiru bħali.+ ת [Taw] 22  Ħa jkun il-​ħażen kollu tagħhom quddiemek, u kkastigahom,+Bħalma kkastigajt lili minħabba n-​nuqqasijiet kollha tiegħi.+Għax it-​tnehid tiegħi hu kotran,+ u qalbi marida.+

Noti taʼ taħt

Dan il-​kapitlu huwa għanja taʼ niket f’forma akrostika, jew skond l-​alfabet Ebrajk, bi 22 sezzjoni li taqbel mat-​22 ittra taʼ l-​alfabet Ebrajk. Kull sezzjoni li jkun imiss tibda bl-​ittra li jkun imiss taʼ l-​alfabet Ebrajk bħalma hu indikat fil-​bidu taʼ kull sezzjoni.
Letteralment, “l-​imsaren.” Dawn kienu jitqiesu bħala l-​post fejn jinsabu l-​iktar emozzjonijiet profondi.