Kolossin 3:1-25

3  Madankollu, jekk intom ġejtu mqajmin+ mal-​Kristu, ibqgħu fittxu l-​affarijiet t’hemm fuq,+ fejn il-​Kristu qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​leminija t’Alla.+  Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq,+ mhux fuq dawk taʼ l-​art.+  Għax intom mittu,+ u ħajjitkom+ inħbiet mal-​Kristu f’unjoni+ m’Alla.  Meta jidher il-​Kristu, il-​ħajja tagħna,+ imbagħad intom ukoll tidhru+ miegħu fil-​glorja.+  Għalhekk, mewtu+ l-​membri+ taʼ ġisimkom li qegħdin fuq l-​art fejn tidħol iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, l-​aptit sesswali,+ ix-​xewqa li twassal għall-​ħsara, u x-​xenqa b’għira,+ li hi idolatrija.  Minħabba dawn l-​affarijiet ġejja l-​korla t’Alla.+  Intom, ukoll, kontu timxu f’dawn l-​affarijiet meta kontu tgħixu fihom.+  Imma issa qisu li twarrbuhom kollha,+ il-​korla, ir-​rabja, il-​ħażen, it-​tgħajjir,+ u l-​kliem oxxen+ minn fommkom.  Tigdbux lil xulxin.+ Inżgħu l-​personalità l-​qadima+ bid-​drawwiet tagħha, 10  u ilbsu l-​personalità l-​ġdida,+ li permezz taʼ l-​għarfien eżatt qed tiġġedded skond ix-​xbieha+ taʼ Dak li ħalaqha, 11  li fiha la hemm Grieg u lanqas Lhudi, la ċirkonċiż u lanqas m’huwiex, la barrani, la Skita,* la lsir u lanqas ħieles,+ imma Kristu hu kollox u f’kulħadd.+ 12  Għaldaqstant, bħala l-​magħżulin t’Alla,+ imqaddsin u maħbubin, ilbsu sentimenti profondi taʼ mogħdrija,+ u qalb tajba, umiltà,+ ħlewwa,+ u sabar fit-​tul.+ 13  Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb+ jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta+ kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb,+ agħmlu hekk intom ukoll. 14  Imma, minbarra dawn l-​affarijiet kollha, ilbsu l-​imħabba,+ għax hi rabta+ perfetta li tgħaqqad. 15  Ukoll, ħallu l-​paċi+ tal-​Kristu jkollha kontroll fi qlubkom,+ għax, fil-​fatt, intom kontu msejħin għaliha f’ġisem wieħed.+ U uru li intom grati. 16  Ħa tgħammar fikom il-​kelma tal-​Kristu b’mod għani bl-​għerf kollu.+ Komplu għallmu+ u widdbu lil xulxin b’salmi,+ tifħir lil Alla, għanjiet spiritwali+ b’radd il-​ħajr, u kantaw fi qlubkom lil Ġeħova.+ 17  U kulma tgħidu jew tagħmlu,+ agħmluh f’isem il-​Mulej Ġesù,+ waqt li troddu ħajr+ lil Alla l-​Missier permezz tiegħu. 18  Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-​Mulej. 19  Intom irġiel miżżewġin, ibqgħu ħobbu lin-​nisa tagħkom+ u tkunux ħorox magħhom.+ 20  Intom tfal, obdu+ lill-​ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob lill-​Mulej. 21  Intom missirijiet, iddejquhomx lil uliedkom,+ sabiex ma jaqtgħux qalbhom. 22  Intom ilsiera, obdu f’kollox lis-​sidien tagħkom tad-​demm u l-​laħam,+ mhux għal għajn in-​nies, biex togħġbu lill-​bnedmin,+ imma bis-​sinċerità tal-​qalb, bil-​biżaʼ minn Ġeħova.+ 23  Kulma tagħmlu, agħmluh b’ruħkom kollha+ qisu għal Ġeħova,+ u mhux għall-​bnedmin, 24  għax tafu li mingħand Ġeħova+ se tirċievu l-​premju mistħoqq tal-​wirt.+ Tjassru għas-​Sid, Kristu.+ 25  Min jagħmel il-​ħażen żgur se jitħallas+ tal-​ħażen li jkun għamel, u m’hemm ebda parzjalità.+

Noti taʼ taħt

It-terminu “Skita” kien jimplika wkoll “l-​agħar fost in-​nies mhux ċivilizzati.”