Kolossin 1:1-29

1  Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-​rieda t’Alla,+ u Timotju,+ ħuna,  lill-qaddisin u aħwa leali f’unjoni+ maʼ Kristu f’Kolossi: Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna.+  Aħna dejjem irroddu ħajr+ lil Alla, Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, meta nitolbu għalikom,+  għax smajna bil-​fidi tagħkom fi Kristu Ġesù u l-​imħabba li għandkom għall-​qaddisin kollha+  minħabba t-​tama+ li hi merfugħa għalikom fis-​smewwiet.+ Din it-​tama smajtu biha qabel meta qalulkom il-​verità taʼ l-​aħbar tajba+  li ġiet preżentata lilkom. Din issa qed tagħmel il-​frott+ u toktor+ fid-​dinja kollha,+ bħalma qed tagħmel ukoll fostkom, minn dakinhar li smajtu u għaraftu eżatt x’inhi tassew+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla.  Dan tgħallimtuh mingħand Epafra,+ il-​maħbub ilsir seħibna, li hu ministru leali tal-​Kristu għan-​nom tagħna,  u li wriena wkoll l-​imħabba+ spiritwali tagħkom.  Huwa għalhekk ukoll li, minn dakinhar li smajna dwar dan, ma waqafniex nitolbu għalikom+ biex timtlew bl-​għarfien eżatt+ dwar ir-​rieda tiegħu bl-​għerf kollu+ u bl-​abbiltà mogħtija mill-​ispirtu t’Alla biex tifhmu b’mod sħiħ.+ 10  B’hekk tkunu tistgħu timxu kif jixraq+ lil Ġeħova+ bl-​għan li togħġbuh għalkollox hekk kif tkomplu tagħtu l-​frott f’kull għemil tajjeb+ u toktru fl-​għarfien eżatt+ dwar Alla, 11  u ssiru setgħanin bil-​qawwa kollha li tiġi mis-​setgħa glorjuża tiegħu+ sabiex tissaportu+ bis-​sħiħ u tibqgħu tistabru bil-​ferħ. 12  Għalhekk, irroddu ħajr lill-​Missier li għamilkom xierqa biex tieħdu sehem fil-​wirt+ tal-​qaddisin+ li huma fid-​dawl.+ 13  Hu ħelisna mill-​awtorità+ tad-​dlam u daħħalna+ fis-​saltna+ taʼ l-​Iben taʼ mħabbtu,+ 14  li permezz tiegħu għandna l-​ħelsien tagħna bil-​fidwa, il-​maħfra taʼ dnubietna.+ 15  Hu x-​xbieha+ t’Alla li ma jidhirx,+ l-​ewwel imwieled+ mill-​ħolqien kollu; 16  għax permezz tiegħu+ nħolqu l-​affarijiet l-​oħrajn kollha fis-​smewwiet u fuq l-​art, dawk viżibbli u dawk inviżibbli, sew jekk huma tronijiet, ħakmiet, gvernijiet, jew awtoritajiet.+ L-​affarijiet l-​oħrajn kollha nħolqu permezz tiegħu+ u għalih. 17  Ukoll, hu kien qabel l-​affarijiet l-​oħrajn kollha+ u permezz tiegħu dawn kollha saru jeżistu.+ 18  Hu r-​ras tal-​ġisem, il-​kongregazzjoni.+ Hu l-​bidu, l-​ewwel imwieled mill-​imwiet,+ sabiex isir l-​ewwel+ wieħed f’kollox; 19  għax Alla raha ħaġa tajba li tgħammar fih il-​milja+ taʼ kollox, 20  u li permezz tiegħu Alla jerġaʼ jħabbeb+ l-​affarijiet l-​oħrajn kollha+ Miegħu billi jagħmel paċi+ magħhom permezz tad-​demm+ li xerred fuq iz-​zokk tat-​tortura,+ kemm l-​affarijiet fuq l-​art u kemm l-​affarijiet fis-​smewwiet. 21  Tabilħaqq, lilkom li darba kontu mbegħdin+ u għedewwa għax moħħkom kien fuq għemejjel mill-​agħar,+ 22  issa jerġaʼ jħabbibkom+ bil-​ġisem fiżiku taʼ dak il-​wieħed permezz taʼ mewtu.+ B’hekk, jistaʼ jippreżentakom imqaddsin u bla difett+ u bla akkuża+ quddiemu, 23  naturalment, dment li tkomplu fil-​fidi,+ stabbiliti fuq il-​pedament+ u sodi+ u ma twarrbux mit-​tama taʼ dik l-​aħbar tajba li smajtu.+ Din l-​aħbar tajba kienet pridkata+ fil-​ħolqien kollu+ li hu taħt is-​sema, u tagħha, jien, Pawlu, sirt ministru.+ 24  Jien issa qed nifraħ fis-​sofferenzi tiegħi għalikom,+ u jien, mill-​banda l-​oħra, qed intemm f’ġismi dak li jonqos mit-​tribulazzjonijiet+ tal-​Kristu għan-​nom taʼ ġismu, li hi l-​kongregazzjoni.+ 25  Jien sirt ministru+ taʼ din il-​kongregazzjoni fi qbil mal-​prokura+ mingħand Alla li ngħatatli fl-​interess tagħkom biex nippriedka l-​kelma t’Alla bis-​sħiħ, 26  is-sigriet sagru+ li kien moħbi għas-​sistemi+ u l-​ġenerazzjonijiet li għaddew. Imma issa ntwera+ lill-​qaddisin tiegħu, 27  li lilhom Alla għoġbu jgħarrfilhom x’inhuma r-​rikkezzi glorjużi+ taʼ dan is-​sigriet sagru+ fost il-​ġnus. Dan hu Kristu+ f’unjoni magħkom, it-​tama li tieħdu sehem fil-​glorja tiegħu.+ 28  Lil dan aħna qegħdin inxandru,+ waqt li nwissu u ngħallmu lil kull bniedem fl-​għerf kollu,+ sabiex nippreżentaw lil kull bniedem komplut+ f’unjoni maʼ Kristu. 29  Għal dan l-​għan jien tassew qed naħdem iebes, u nistinka+ permezz tal-​qawwa tiegħu+ li qed taħdem fija.+

Noti taʼ taħt