Isaija 8:1-22

8  U Ġeħova qalli: “Ħu tavla+ kbira u ikteb fuqha b’pinna tat-​tinqix komuni, ‘Maħer-salal-ħas-baż.’*  U ħalli jikkonfermawli+ dan xhieda leali,+ Urija l-​qassis+ u Żakkarija bin Ġeberekija.”  Imbagħad ersaqt lejn il-​profetessa, u hi ħarġet tqila u maż-​żmien wildet iben.+ Ġeħova mbagħad qalli: “Semmih Maħer-salal-ħas-baż,  għax qabel it-​tifel ikun jaf isejjaħ,+ ‘Missieri!’ u ‘Ommi!’ ir-​riżorsi taʼ Damasku u l-​priża tas-​Samarija se jitkaxkru quddiem is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+  U Ġeħova kompla jkellimni, u qalli:  “Minħabba li dan il-​poplu rrifjuta+ l-​ilmijiet taʼ Silogħa*+ li jgelglu bil-​mod u minflok jifraħ+ b’Resin u bin Remalija;+  minħabba f’hekk, ara, Ġeħova se jġib kontrihom+ l-​ilmijiet setgħanin u kotrana tax-​Xmara,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ u l-​glorja kollha tiegħu.+ U hu jfawwar in-​nixxigħat kollha tiegħu u jaqbeż ix-​xtut kollha tiegħu  u jibqaʼ jiġri minn ġo Ġuda. Jgħarraq u jibqaʼ għaddej.+ Jilħaq sa l-​għonq.+ U l-​firxa taʼ ġwinħajh+ timla l-​wisaʼ taʼ pajjiżek, O Emmanuwel!”*+  Agħmlu l-​ħsara, O popli, imma se titfarrku biċċiet; u agħtu widen, intom ilkoll f’partijiet imbegħdin taʼ l-​art!+ Tħażżmu,+ imma se titfarrku biċċiet!+ Tħażżmu, imma se titfarrku biċċiet! 10  Fasslu pjan, u se jisfaxxa!+ Lissnu kelma, u mhix se treġi, għax magħna hu Alla!*+ 11  Għax l-​id b’saħħitha taʼ Ġeħova kienet fuqi u, sabiex idawwarni milli nimxi fit-​triq taʼ dan il-​poplu, qalli: 12  “M’għandkomx tgħidu, ‘Konfoffa!’ kulmeta dan il-​poplu jgħid, ‘Konfoffa!’+ u m’għandkomx tibżgħu minn dak li jibżgħu huma, u lanqas m’għandkom titkexkxu minħabba fih.+ 13  Huwa lil Ġeħova taʼ l-​armati li għandkom tittrattaw bħala qaddis,+ u minnu għandkom tibżgħu,+ u għandu jkun hu li jġegħelkom titriegħdu.”+ 14  U hu jsir bħala post sagru;+ imma jkun bħala ġebla biex wieħed jaħbat magħha u bħala blata taʼ tfixkil+ għaż-​żewġt idjar taʼ Israel, bħala nasba u bħala nassa għall-​abitanti taʼ Ġerusalemm.+ 15  U ħafna fosthom se jitfixklu u jaqgħu u jitkissru, u jidħlu f’nassa u jinqabdu.+ 16  Gerbeb din ix-​xiehda,+ issiġilla l-​liġi fost id-​dixxipli tiegħi!+ 17  U jien se nibqaʼ nistenna lil Ġeħova,+ li qed jaħbi wiċċu minn dar Ġakobb,+ u se nittama fih.+ 18  Ara! Jien u l-​ulied li tani Ġeħova,+ aħna bħal sinjali+ u bħal mirakli f’Israel mingħand Ġeħova taʼ l-​armati, li qed jgħammar fuq il-​Muntanja Sijon.+ 19  U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-​medji taʼ l-​ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-​ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-​nom taʼ persuni ħajjin?+ 20  Staqsu l-​liġi u x-​xiehda!+ Żgur li se jkomplu jitkellmu skond dan il-​kliem+ imma ma se jkollhom l-​ebda dawl taż-​żerniq.+ 21  U kull wieħed se jgħaddi mill-​pajjiż mikdud u bil-​ġuħ;+ u minħabba li jkun bil-​ġuħ u mbaqbaq, hu se jisħet lis-​sultan tiegħu u lil Alla tiegħu+ u jħares ’il fuq. 22  U jħares lejn l-​art, u jara niket u dlam,+ oskurità, żminijiet diffiċli u swidija bla ebda dija.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ħaffef, O [jew, Iħaffef lejn il-​] Priża! Ġie Jgħaġġel Biex Jaħtaf.”
Ifisser “Min Jibgħat,” u jirreferi għal kanal taʼ l-​ilma.
Ara Is 7:14, in-​nota taʼ taħt.
“Magħna hu Alla.” Bl-​Ebrajk, immanu El.