Isaija 7:1-25

7  Issa ġara fi żmien Aħaż,+ bin Ġotam, bin Użżija, is-​sultan taʼ Ġuda, li Resin+ is-​sultan tas-​Sirja—flimkien maʼ Pekaħ+ bin Remalija, is-​sultan taʼ Israel—telaʼ Ġerusalemm biex jiggwerra kontriha, u ma setax jegħlibha.+  U wasal rapport f’dar David, jgħid: “Is-​Sirja straħet fuq Efrajm.”+ U qalbu u qalb il-​poplu tiegħu bdiet tirtogħod, bħalma s-​siġar tal-​foresta jirtogħdu bir-​riħ.+  U Ġeħova qal lil Isaija: “Jekk jogħġbok, oħroġ iltaqaʼ m’Aħaż, int flimkien maʼ ibnek Segħar-ġasub,*+ u mur f’tarf il-​kanal+ taʼ l-​għadira taʼ fuq, ħdejn it-​triq ewlenija li tagħti għall-​għalqa tal-​ħassiel.+  U għidlu, ‘Oqgħod attent li ma tinkwetax.+ Tibżax, u tħallix lil qalbek tkun beżgħana+ minħabba dawn iż-​żewġt izkuk idaħħnu li kważi nħarqu għalkollox, minħabba r-​rabja taħraq taʼ Resin u s-​Sirja u bin Remalija,+  minħabba li s-​Sirja, flimkien m’Efrajm u bin Remalija, fasslet il-​ħażin kontrik billi qalet:  “Ejjew nitilgħu kontra Ġuda u nġarrfuh u niħduh taħt idejna billi ninfduh; u ejjew nagħmlu sultan ieħor isaltan ġo fih, lil bin Tabel.”+  “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Dan ma jreġix, lanqas ma jseħħ.+  Għax il-​kap tas-​Sirja huwa Damasku, u l-​kap taʼ Damasku huwa Resin; u fi żmien ħamsa u sittin sena biss Efrajm se jitfarrak u ma jibqax poplu.+  U l-​kap t’Efrajm huwa s-​Samarija,+ u l-​kap tas-​Samarija huwa bin Remalija.+ Jekk ma jkollkomx fidi, m’intomx se ddumu ħafna.”’”+ 10  U Ġeħova kompla jkellem lil Aħaż ftit iktar, u qal: 11  “Staqsi lil Ġeħova Alla tiegħek għal sinjal,+ fil-​fond daqs il-​Qabar* jew fl-​għoli daqs ir-​reġjuni taʼ fuq.” 12  Imma Aħaż qal: “M’iniex se nistaqsi, u lanqas ma se ngħaddi minn prova lil Ġeħova.” 13  U l-​profeta qal: “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O dar David. Hija daqshekk ħaġa żgħira għalikom li tgħejjew lin-​nies, biex tgħejjew ukoll lil Alla tiegħi?+ 14  Għalhekk, Ġeħova se jagħtikom sinjal: Ara! It-​tfajla+ toħroġ tqila,+ u tiled iben,+ u hi ssemmih Emmanuwel.* 15  Butir u għasel ikun qed jiekol sa ma jkun jaf iwarrab il-​ħażin u jagħżel it-​tajjeb.+ 16  Għax qabel it-​tifel ikun jaf kif iwarrab il-​ħażin u jagħżel it-​tajjeb,+ l-​art taż-​żewġ slaten li minħabba fihom qed tħossok imkexkex ferm se tkun ġiet mitluqa għalkollox.+ 17  Ġeħova se jġib kontrik+ u kontra l-​poplu tiegħek u kontra dar missierek jiem li ma kienx hawn bħalhom minn dakinhar li Efrajm infired minn maʼ Ġuda,+ jiġifieri, is-​sultan taʼ l-​Assirja.+ 18  “U jrid iseħħ dakinhar li Ġeħova jsaffar lid-​dubbien li qiegħed f’tarf il-​kanali tan-​Nil taʼ l-​Eġittu u lin-​naħal+ li qiegħed fl-​art taʼ l-​Assirja,+ 19  u huma jiġu, ilkoll kemm huma, u joqogħdu fil-​widien taʼ l-​irdumijiet u fix-​xquq tal-​blat u fuq kull siġra tax-​xewk u fuq kull post taʼ tisqija.+ 20  “Dakinhar, permezz taʼ mus mikri mir-​reġjun tax-​Xmara,*+ iva, permezz tas-​sultan taʼ l-​Assirja,+ Ġeħova se jqaxxar ir-​ras u s-​suf tas-​saqajn, u jneħħi wkoll id-​daqna.+ 21  “U jrid iseħħ dakinhar li individwu se jħalli ħajja baqra żgħira mill-​merħla u żewġ nagħġiet.+ 22  U minħabba l-​abbundanza tal-​produzzjoni tal-​ħalib, wieħed se jiekol il-​butir; għax butir u għasel+ biss se jiekol kulmin jifdal fil-​pajjiż. 23  “U jrid iseħħ dakinhar li kull post fejn darba kien hemm elf dielja, jiswew elf biċċa tal-​fidda,+ se jkun għall-​għollieq u għall-​ħaxix ħażin.+ 24  Bil-vleġeġ u l-​qaws se jiġi hemmhekk,+ għax il-​pajjiż se jkun kollu għollieq u ħaxix ħażin. 25  U l-​muntanji kollha fejn qabel kien jitneħħa x-​xewk bl-​imgħażqa, m’intix se tmur fuqhom minħabba l-​biżaʼ mill-​għollieq u l-​ħaxix ħażin; u l-​art issir post fejn il-​barrin jitħallew jiġru u art li jgħaffġu fuqha n-​nagħaġ.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Fdal Biss Se Jerġaʼ Lura.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Ifisser “Magħna Hu Alla.” Ara Mt 1:23.
Jiġifieri, l-​Ewfrat.