Isaija 66:1-24

66  Hekk qal Ġeħova: “Is-​smewwiet it-​tron tiegħi,+ u l-​art il-​banketta għal saqajja.+ Allura, fejn hi d-​dar li tistgħu tibnuli,+ u fejn hu l-​post taʼ mistrieħ għalija?”+  “Issa dan kollu idi għamlitu, u b’hekk sar dan kollu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Mela, lejn dan se nħares, lejn min qed isofri u li għandu spirtu sogħbien+ u li qed jitriegħed għall-​kelma tiegħi.+  “Min qed joqtol barri hu bħal min qed joqtol raġel.+ Min qed jissagrifika nagħġa bħal min qed jikser għonq kelb.+ Min qed joffri għotja bħal min qed joffri d-​demm taʼ ħanżir.+ Min qed jippreżenta inċens abjad b’tifkira+ hu bħal min qed ilissen barka bi kliem maġiku.+ Dawn huma wkoll in-​nies li għażlu triqathom stess, u li ruħhom tgħaxxqet bl-​affarijiet moqżieża tagħhom.+  Min-naħa tiegħi, jien se nagħżel modi kif nittrattahom ħażin;+ u nġib fuqhom l-​affarijiet li jibżgħu minnhom;+ talli jien sejjaħt, imma ħadd ma wieġeb; tkellimt, imma ħadd ma semaʼ;+ u baqgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja, u għażlu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+  Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom li qed titriegħdu għall-​kelma tiegħu:+ “Ħutkom li jobogħdukom,+ li qed iwarrbukom minħabba ismi,+ qalu, ‘Jalla Ġeħova jkun glorifikat!’+ U hu jrid jidher u jkun hemm il-​ferħ min-​naħa tagħkom,+ u huma se jiġu mġegħlin jistħu.”+  Ġej il-​ħoss t’għagħa mill-​belt, ħoss minn ġot-​tempju!+ Huwa l-​ħoss taʼ Ġeħova jrodd lura dak li hu mistħoqq lill-​għedewwa tiegħu.+  Qabel ma bdielha l-​uġigħ tal-​ħlas hi wildet.+ Qabel ma tawha l-​weġgħat tal-​ħlas, hi ħelset u kellha tifel.+  Min semaʼ b’ħaġa bħal din?+ Min ra affarijiet bħal dawn?+ Sejra art+ tinġieb bl-​uġigħ tal-​ħlas f’jum wieħed?+ Jew sejjer ġens+ jitwieled f’darba waħda?+ Għax lil Sijon bdielha l-​uġigħ tal-​ħlas kif ukoll wildet lil uliedha.  “Min-​naħa tiegħi, sejjer jien niftaħ il-​ġuf u mbagħad ma nikkaġunax it-​twelid?”+ jgħid Ġeħova. “Jew sejjer nikkaġuna t-​twelid u mbagħad nagħlaq il-​ġuf?” qal Alla tiegħek. 10  Ifirħu b’Ġerusalemm u thennew biha,+ intom ilkoll li tħobbuha.+ Tiru bil-​ferħ minħabba fiha, intom ilkoll li qed titnikktu għaliha;+ 11  għax se terdgħu u timtlew mis-​sider li bih tikkonslakom bis-​sħiħ; għax se tixorbu u titgħaxxqu ferm minn ras is-​sider tal-​glorja tagħha.+ 12  Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, se nagħtiha l-​paċi bħal xmara+ u l-​glorja tal-​ġnus bħal wied mimli ilma,+ u intom se terdgħu.+ Tinġarru fuq il-​ġenbejn, u fuq l-​irkopptejn tiġu mmellsin.+ 13  Bħal raġel li ommu tibqaʼ tfarrġu, hekk nibqaʼ nfarraġkom jien;+ u minħabba Ġerusalemm intom se tiġu mfarrġin.+ 14  U se taraw, u qalbkom ikollha għalxiex tifraħ,+ u għadamkom+ jinbet bħall-​ħaxix tari.+ U l-​qaddejja taʼ Ġeħova se jagħrfu idu,+ imma lill-​għedewwa tiegħu hu jikkundannahom.”+ 15  “Għax, ara, Ġeħova jiġi bħal nar,+ u l-​karrijiet tiegħu huma bħal riħ taʼ tempesta,+ sabiex ipatti bir-​rabja u l-​korla tiegħu u bil-​fjammi tan-​nar taċ-​ċanfir tiegħu.+ 16  Għax fil-​fatt Ġeħova, bħal nar, se jwettaq ġudizzju, iva, b’sejfu,+ kontra l-​bnedmin kollha; u l-​maqtulin taʼ Ġeħova se jkunu ħafna.+ 17  Dawk li jitqaddsu u jitnaddfu biex imorru fil-​ġonna+ wara idolu fin-​nofs, jieklu l-​laħam tal-​ħanżir+ u l-​ħaġa moqżieża, il-​far,+ ilkoll kemm huma se jaslu fi tmiemhom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 18  “U billi naf l-​għemejjel tagħhom+ u ħsibijiethom,+ jien ġej biex niġbor flimkien lill-​ġnus u l-​ilsna kollha;+ u se jkollhom jiġu u jaraw il-​glorja tiegħi.”+ 19  “U nqiegħed fosthom sinjal,+ u nibgħat lil xi wħud minn dawk li ħarbu lejn il-​ġnus,+ lejn Tarsis,+ Pul, u Lud,+ dawk li jiġbdu l-​qaws, Tubal u Ġawan,+ il-​gżejjer ’il bogħod,+ li la semgħu dwari u lanqas raw il-​glorja tiegħi;+ u huma ċertament li se jgħidu dwar il-​glorja tiegħi fost il-​ġnus.+ 20  U joħorġu lil ħutkom kollha minn ġol-​ġnus+ bħala għotja lil Ġeħova,+ fuq iż-​żwiemel u fil-​karrijiet u fil-​karrijiet mgħottijin u fuq il-​bgħula u fuq l-​iġmla nisa ħfief,+ lejn il-​muntanja qaddisa tiegħi,+ Ġerusalemm,” qal Ġeħova, “bħal meta wlied Israel iġibu l-​għotja f’reċipjent nadif fid-​dar taʼ Ġeħova.”+ 21  “U minnhom nieħu wkoll xi wħud bħala qassisin, għal-​Leviti,” qal Ġeħova. 22  “Għax bħalma s-​smewwiet ġodda+ u l-​art ġdida+ li qed nagħmel huma weqfin quddiemi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “hekk ukoll nisilkom+ u isimkom se jibqgħu weqfin.”+ 23  “U jseħħ li minn qamar ġdid sa qamar ġdid u minn Sabat sa Sabat il-​bnedmin kollha se jiġu u jmilu quddiemi,”+ qal Ġeħova. 24  “U joħorġu u jħarsu lejn l-​iġsma mejtin tan-​nies li kienu qed jiksru l-​liġi kontrija;+ għax id-​dud taʼ fuqhom ma jmutx u n-​nar tagħhom ma jintefiex,+ u jridu jsiru xi ħaġa li tqallaʼ lil kulħadd.”+

Noti taʼ taħt