Isaija 65:1-25

65  “Ħallejt lil dawk li ma staqsewx għalija+ jfittxuni.+ Ħallejt lil dawk li ma fittxewnix isibuni.+ Għedt, ‘Hawn jien, hawn jien!’+ lil ġens li ma kienx qed isejjaħ ismi.+  “Ftaħt idejja l-​jum kollu lejn poplu rasu iebsa,+ dawk li mexjin fi triq ħażina,+ wara ħsibijiethom;+  il-poplu magħmul minn nies li joffenduni+ f’wiċċi l-​ħin kollu, li jagħmlu sagrifiċċji fil-​ġonna+ u joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ fuq il-​madum,*  li joqogħdu bil-​qiegħda qalb l-​oqbra,+ u li jgħaddu l-​lejl f’għerejjex taʼ l-​għassiesa, jieklu l-​laħam tal-​ħanżir,+ u fir-​reċipjenti tagħhom għandhom il-​brodu t’affarijiet imniġġsin;+  dawk li qed jgħidu, ‘Oqgħod għalik. Tersaqx lejja, għax ngħaddilek il-​qdusija.’+ Dawn huma duħħan fi mnifsejja,+ nar jaqbad il-​jum kollu.+  “Ara! Huwa miktub quddiemi.+ M’iniex se noqgħod sieket,+ imma se nagħti ħlas;+ iva, se nagħtihom il-​ħlas fi ħdanhom stess,+  għall-iżbalji tagħhom u għall-​iżbalji taʼ missirijiethom fl-​istess ħin,”+ qal Ġeħova. “Talli offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji fuq il-​muntanji, u fuq l-​għoljiet+ żebilħuni,+ jien ukoll qabel xejn inkejlilhom ħlashom fi ħdanhom.”+  Hekk qal Ġeħova: “Bħalma l-​inbid ġdid+ jinsab fl-​għanqud u xi ħadd ikun irid jgħid, ‘Tħarbtuhx,+ għax fih il-​barka,’+ hekk ukoll se nagħmel jien minħabba l-​qaddejja tiegħi sabiex ma nagħmilx lil kulħadd ħerba.+  U se noħroġ minn Ġakobb nisel+ u minn Ġuda l-​werriet tal-​muntanji tiegħi;+ u l-​magħżulin tiegħi jieħdu l-​art f’idejhom,+ u l-​qaddejja tiegħi jgħammru hemmhekk.+ 10  U s-​Saron+ trid issir mergħa għan-​nagħaġ+ u l-​pjanura l-​baxxa t’Għakor+ post taʼ mistrieħ għall-​baqar, għall-​poplu tiegħi li jkun fittixni.+ 11  “Imma intom dawk li qed jitilqu lil Ġeħova,+ dawk li qed jinsew il-​muntanja qaddisa tiegħi,+ dawk li qed jifirxu mejda għall-​alla tal-​Fortuna+ u dawk li qed jimlew inbid imħallat għall-​alla tad-​Destin.+ 12  U jien se niddestinakom għas-​sejf,+ u lkoll kemm intom tmilu biex tinqatlu;+ għax jien sejjaħt,+ imma intom ma wiġibtux; tkellimt, imma intom ma smajtux;+ u bqajtu tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja,+ u għażiltu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+ 13  Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jieklu,+ imma intom tkunu bil-​ġuħ.+ Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jixorbu,+ imma intom tkunu bil-​għatx.+ Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jifirħu,+ imma intom issofru l-​mistħija.+ 14  Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jgħajtu bil-​ferħ minħabba l-​kundizzjoni tajba taʼ qalbhom,+ imma intom se tgħajtu bl-​uġigħ taʼ qalb u tnewħu minħabba spirtu mkisser.+ 15  U intom tħallu isimkom bħala ħalfa għall-​magħżulin tiegħi, u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jagħtikom il-​mewt wieħed wieħed,+ imma lill-​qaddejja tiegħu jsejħilhom b’isem ieħor;+ 16  sabiex kulmin ibierek lilu nnifsu fl-​art ibierek lilu nnifsu bl-​Alla taʼ fidi,+ u kulmin jagħmel stqarrija b’ħalfa fl-​art jaħlef bl-​Alla taʼ fidi;+ għax l-​inkwiet taʼ qabel se jintesa u se jkun mistur minn quddiem għajnejja.+ 17  “Għax, ara, qed noħloq smewwiet ġodda+ u art ġdida;+ u l-​affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux,+ u lanqas ma jweġġgħu l-​qalb.+ 18  Imma ifirħu+ u thennew għal dejjem b’dak li qed noħloq.+ Għax, ara, qed noħloq lil Ġerusalemm bħala raġuni għall-​hena u n-​nies tagħha bħala raġuni għall-​ferħ kbir.+ 19  U jien inkun ferħan b’Ġerusalemm u nifraħ bil-​poplu tiegħi;+ u ma jinstemax iktar fiha l-​ħoss taʼ biki jew il-​ħoss t’għajat taʼ dwejjaq.”+ 20  “Qatt iktar ma jkun hemm tarbija tal-​ħalib minn dak il-​post li tgħix ftit jiem,+ lanqas xiħ li ma jwettaqx jiemu;+ għax wieħed imut bħallikieku tifel, għalkemm ikollu mitt sena; u l-​midneb, għalkemm ikollu mitt sena jiġi misħut.+ 21  U se jibnu djar u jgħammru fihom;+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom.+ 22  Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor. Għax jiem in-​nies tiegħi jkunu bħall-​jiem taʼ siġra;+ u l-​magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-​sħiħ.+ 23  Ma jitħabtux għalxejn,+ u lanqas ma jildu għall-​inkwiet;+ għax huma nisel magħmul mill-​imberkin taʼ Ġeħova,+ u d-​dixxendenti tagħhom magħhom.+ 24  U jseħħ li qabel isejħu jien inwiġibhom;+ waqt li jkunu għadhom qed jitkellmu, jien nismagħhom.+ 25  “Il-​lupu+ u l-​ħaruf jieklu flimkien,+ u l-​iljun jiekol it-​tiben bħall-​barri;+ u ikel is-​serp ikun it-​trab.+ Ma jagħmlux ħsara+ jew ħerba fil-​muntanja qaddisa kollha tiegħi,”+ qal Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.