Isaija 64:1-12

64  O li kieku ċarratt is-​smewwiet, u nżilt,+ u minħabba fik il-​muntanji theżżu,+  bħal meta n-​nar iqabbad il-​friegħi nexfin, u n-​nar jgħalli l-​ilma, biex b’hekk tgħarraf ismek lill-​avversarji tiegħek,+ u minħabba fik jitriegħdu l-​ġnus!+  Meta għamilt affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ+ u li ma konniex qed nittamaw għalihom, int inżilt. Minħabba fik il-​muntanji theżżu.+  U sa minn żmien twil ilu ħadd ma semaʼ+ jew ta widen, u l-​ebda għajn ma rat Alla li jaġixxi għal min jibqaʼ jistennieh,+ ħliefek.+  Int ilqajt lil min jifraħ u jagħmel is-​sewwa,+ dawk li jibqgħu jiftakru fik u jimxu fi triqatek.+ Ara! Int għadabt,+ waqt li aħna bqajna nidinbu+—bqajna fi dnubietna għal ħafna żmien, u għandna niġu salvati?+  Sirna bħal xi ħadd mhux nadif, ilkoll kemm aħna, u l-​għemejjel ġusti kollha tagħna bħall-​ħwejjeġ fit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar;+ u se nidbielu bħall-​weraq,+ ilkoll kemm aħna, u l-​iżbalji tagħna jġorruna bħar-​riħ.+  M’hemm ħadd li jsejjaħ ismek,+ ħadd li jqum biex iżomm miegħek; għax int ħbejt wiċċek minna,+ u ġegħeltna ndubu+ bil-​qawwa taʼ l-​iżball tagħna.  U issa, O Ġeħova, int Missierna.+ Aħna t-​tafal,+ u int il-​Fuħħari tagħna;+ u aħna lkoll xogħol idejk.+  Tkunx mgħaddab għall-​aħħar,+ O Ġeħova, u tibqax tiftakar l-​iżball tagħna għal dejjem.+ Ħares, issa, jekk jogħġbok: aħna lkoll il-​poplu tiegħek.+ 10  Il-bliet qaddisin tiegħek+ saru xagħri. Sijon+ ukoll saret xagħri, u Ġerusalemm art abbandunata.+ 11  Id-dar tagħna taʼ qdusija u sbuħija,+ fejn missirijietna kienu jfaħħruk,+ saret xi ħaġa biex tinħaraq bin-​nar;+ u kull ħaġa sabiħa+ li kellna tħarbtet. 12  Se tibqaʼ żżomm lura,+ O Ġeħova, meta tara dawn l-​affarijiet? Se tibqaʼ ma tagħmel xejn u tħallina nsofru għall-​aħħar?+

Noti taʼ taħt