Isaija 63:1-19

63  Min hu dan li ġej minn Edom,+ dan li ġej minn Bosra liebes ħwejjeġ b’kuluri jgħajtu,+ dan li lbiesu hu onorabbli, jimmarċja bil-​qawwa kotrana li għandu? “Jien, Dak li jitkellem bis-​sewwa,+ li għandu ħafna qawwa biex isalva.”+  Għalfejn hu aħmar ilbiesek, u ħwejġek huma bħal dawk taʼ wieħed li jgħaffeġ fil-​magħsar taʼ l-​inbid?+  “Fil-​magħsar taʼ l-​inbid għasart jien waħdi,+ u ma kien hemm ħadd miegħi mill-​popli. U bqajt nagħsarhom fir-​rabja tiegħi,+ u bqajt ngħaffiġhom fil-​korla tiegħi.+ U d-​demm li beda jtir minnhom traxxax fuq ħwejġi,+ u niġġist ilbiesi kollu.  Għax jum il-​vendetta qiegħed f’qalbi,+ u waslet is-​sena tal-​mixtrijin lura tiegħi.  U bqajt inħares, imma ma kienx hemm min jgħin; u dhert imbellah, imma ma kien hemm ħadd joffri l-​appoġġ.+ Għalhekk, permezz taʼ driegħi ġibt salvazzjoni,+ u l-​korla tiegħi+ appoġġatni.  U bqajt nirfes il-​popli fir-​rabja tiegħi, u ġegħelthom jiskru bil-​korla tiegħi+ u xerridt maʼ l-​art id-​demm li beda jtir minnhom.”+  L-atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova se nsemmi,+ it-​tifħir taʼ Ġeħova, skond kulma għamel magħna Ġeħova,+ iva, it-​tjubija abbundanti li wera mad-​dar taʼ Israel+ skond il-​ħniniet tiegħu+ u skond l-​abbundanza taʼ l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.  U kompla jgħid: “Żgur li huma l-​poplu tiegħi,+ ulied li mhux se jkunu foloz.”+ U b’hekk hu sar Salvatur għalihom.+  Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket.+ U l-​messaġġier persunali tiegħu stess salvahom.+ Fi mħabbtu u fil-​mogħdrija tiegħu hu xtrahom lura,+ u refagħhom u ġarrhom tul il-​jiem kollha taʼ żmien twil ilu.+ 10  Imma huma rribellaw+ u weġġgħu l-​ispirtu qaddis tiegħu.+ Hu issa nbidel f’għadu+ tagħhom; hu nnifsu ggwerra kontrihom.+ 11  U wieħed beda jiftakar fil-​jiem taʼ żmien twil ilu, f’Mosè l-​qaddej tiegħu: “Fejn hu Dak li ħariġhom mill-​baħar+ permezz tar-​rgħajja tal-​merħla tiegħu?+ Fejn hu Dak li poġġa fih l-​ispirtu qaddis Tiegħu?+ 12  Dak li qed iqiegħed id-​driegħ sabiħ Tiegħu+ fuq il-​leminija taʼ Mosè, li qed jifraq l-​ilmijiet minn quddiemhom+ sabiex jagħmel għalih isem għal dejjem,+ 13  li mexxiehom minn ilmijiet għoljin sabiex, bħal żiemel fix-​xagħri, ma jitfixklux?+ 14  Bħal meta bhima tinżel fil-​pjanura fil-​wied, l-​istess spirtu taʼ Ġeħova tahom il-​mistrieħ.”+ B’hekk, int mexxejt lill-​poplu tiegħek sabiex tagħmel isem sabiħ għalik innifsek.+ 15  Ħares mis-​sema+ u ttawwal mill-​post eżaltat fejn toqgħod taʼ qdusija u sbuħija.+ Fejn huma ż-​żelu+ u s-​setgħa kollha tiegħek, it-​tqanqil tal-​ġewwieni tiegħek,+ u l-​ħniniet tiegħek?+ Int żammejthom lura minna.+ 16  Għax int Missierna;+ għalkemm Abraham innifsu ma kienx jafna u Israel innifsu ma jagħrafniex, int, O Ġeħova, int Missierna. Dak li sa minn żmien twil ilu xtrana lura kemm-il darba, dan hu ismek.+ 17  Għalfejn tiżvijana minn triqatek, O Ġeħova? Għala twebbsilna qalbna biex ma nibżgħux minnek?+ Erġaʼ lura minħabba l-​qaddejja tiegħek, it-​tribujiet taʼ wirtek.+ 18  Għax għal ftit żmien dan kien tal-​poplu tiegħek.+ L-​avversarji tagħna għaffġu s-​santwarju tiegħek taħt saqajhom.+ 19  Għal żmien twil sirna bħal dawk li ma kontx taħkem fuqhom, bħal dawk li ismek ma ssejjaħx fuqhom.+

Noti taʼ taħt