Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Isaija 62:1-12

62  Minħabba Sijon m’iniex se noqgħod sieket,+ u minħabba Ġerusalemm+ m’iniex se noqgħod kwiet sakemm is-sewwa tagħha jiddi bħad-dija,+ u s-salvazzjoni tagħha bħal torċa taqbad.+  “U l-ġnus se jaraw is-sewwa tiegħek,+ O mara,+ u s-slaten kollha l-glorja tiegħek.+ U se tissemma b’isem ġdid,+ li se jagħżlu fomm Ġeħova stess.  U trid issir kuruna taʼ sbuħija f’id Ġeħova,+ u turbant taʼ sultan fil-pala taʼ id Alla tiegħek.  U ma jingħadx iktar li int mara mitluqa għalkollox;+ u artek ma jingħadx li hi abbandunata;+ imma int tissejjaħ L-Għaxqa Tiegħi Fiha,+ u artek Taʼ Żewġha. Għax Ġeħova se jkun tgħaxxaq bik, u artek se tkun taʼ żewġha.+  Għax bħalma żagħżugħ jieħu verġni b’martu biex tkun tiegħu, uliedek se jiħduk b’marthom biex tkun tagħhom.+ U bil-ferħ t’għarus bl-għarusa,+ Alla tiegħek se jifraħ bik.+  Fuq is-swar tiegħek, O Ġerusalemm, jien qabbadt għassiesa.+ Bi nhar u bil-lejl, il-ħin kollu, ħa ma joqogħdux siktin.+ “Intom li qed issemmu lil Ġeħova,+ toqogħdux bi kwietkom,+  u lilu tħalluhx bi kwietu sakemm jistabbilixxi fis-sod, iva, iwaqqaf lil Ġerusalemm bħala tifħir fuq l-art.”+  Ġeħova ħalef b’idu l-leminija+ u bid-driegħ b’saħħtu tiegħu:+ “M’iniex se nagħti iktar il-qmuħ tiegħek bħala ikel għall-għedewwa tiegħek,+ u lanqas ma jixorbu l-barranin l-inbid ġdid tiegħek,+ li tħabatt għalih int.  Imma dawk stess li jaħsduh jikluh, u jfaħħru lil Ġeħova; u dawk li jiġbruh jixorbuh fil-btieħi qaddisin tiegħi.”+ 10  Għaddu, għaddu mill-bibien. Naddfu t-triq tan-nies.+ Ħejju, ħejju t-triq ewlenija. Neħħulha l-ġebel.+ Għollu sinjal għall-popli.+ 11  Ara! Ġeħova semmaʼ dan sa l-iktar parti mbiegħda taʼ l-art:+ “Għidu lil bint Sijon,+ ‘Ara! Is-salvazzjoni tiegħek ġejja.+ Ara! Il-premju li se jagħti huwa miegħu,+ u l-ħlas li jagħti qiegħed quddiemu.’”+ 12  U se jsejħulhom il-poplu l-qaddis,+ dawk mixtrijin lura minn Ġeħova;+ u int stess tissejjaħ Imfittxija, Belt Mhix Mitluqa Għalkollox.+

Noti taʼ taħt