Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Isaija 61:1-11

61  L-ispirtu tal-Mulej Sovran Ġeħova qiegħed fuqi,+ għax Ġeħova dilikni+ biex ngħid aħbar tajba lill-ġwejdin.+ Bagħatni biex ninfaxxa lil dawk b’qalbhom maqsuma,+ biex inxandar il-libertà lil dawk li ttieħdu fil-jasar+ u l-ftuħ beraħ taʼ l-għajnejn lill-priġunieri;+  biex inxandar is-sena t’approvazzjoni min-naħa taʼ Ġeħova+ u jum il-vendetta min-naħa t’Alla tagħna;+ biex infarraġ lill-imnikktin kollha;+  biex lil dawk li qed jitnikktu minħabba Sijon naħtrilhom u nagħtihom għata tar-ras minflok irmied,+ żejt tal-ferħ+ minflok tan-niket, il-mantell tat-tifħir minflok l-ispirtu taʼ qalb maqtugħa;+ u jridu jissejħu siġar kbar tas-sewwa,+ it-taħwil taʼ Ġeħova,+ biex hu jkun imsebbaħ.+  U jridu jibnu mill-ġdid il-postijiet li ilhom imħarbtin żmien twil; itellgħu l-postijiet abbandunati+ taż-żminijiet taʼ qabel,+ u jġeddu l-bliet imħarbtin,+ il-postijiet abbandunati minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.  “U l-istranġieri se jqumu u jirgħu l-imrieħel tagħkom,+ u l-barranin+ se jkunu l-bdiewa tagħkom u jiħdulkom ħsieb id-dwieli.+  U intom se tissejħu l-qassisin taʼ Ġeħova;+ se jingħad+ li intom il-ministri+ t’Alla tagħna. Tieklu r-riżorsi tal-ġnus,+ u minħabba l-glorja tagħhom se titkellmu b’ferħ dwarkom infuskom.+  Minflok il-mistħija tagħkom se jkun hemm sehem doppju,+ u minflok l-umiljazzjoni se jgħajtu bil-ferħ minħabba sehemhom.+ Għalhekk, f’arthom se jieħdu f’idejhom sehem doppju.+ Ferħ għal dejjem* se jkollhom.+  Għax jien, Ġeħova, inħobb il-ġustizzja,+ nobgħod is-serq flimkien maʼ l-inġustizzja.+ U se nagħtihom ħlashom bil-fedeltà,+ u nagħmel magħhom patt għal żmien indefinit.+  U nisilhom se jkun magħruf ukoll fost il-ġnus,+ u d-dixxendenti tagħhom fost il-popli. Dawk kollha li jarawhom jagħrfuhom,+ li huma n-nisel li bierek Ġeħova.”+ 10  Bla dubju se nifraħ b’Ġeħova.+ Ruħi se tkun mimlija ferħ b’Alla tiegħi.+ Għax hu libbisni bl-ilbies tas-salvazzjoni;+ geżwirni bil-libsa bla kmiem tas-sewwa,+ bħall-għarus li, bħal qassis, iqiegħed għata fuq rasu,+ u bħall-għarusa li tiżżejjen bl-ornamenti tagħha.+ 11  Għax bħalma l-art ittellaʼ r-rimja tagħha, u bħalma l-ġnien inibbet l-affarijiet li jinżergħu fih,+ bl-istess mod il-Mulej Sovran Ġeħova se jġiegħel li jinbtu s-sewwa+ u t-tifħir quddiem il-ġnus kollha.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.”