Isaija 60:1-22

60  “Qum,+ O mara, itfaʼ d-​dawl,+ għax dawlek ġie+ u iddiet fuqek il-​glorja taʼ Ġeħova.+  Għax, ara, dalma+ se tiksi l-​art, u dlam ċappa lill-​popli; imma Ġeħova se jiddi fuqek, u l-​glorja tiegħu stess se tkun tidher fuqek.+  U ġnus se jersqu lejn dawlek,+ u slaten+ lejn id-​dija tixgħel tiegħek.+  “Erfaʼ għajnejk u ħares dawramejt! Ilkoll ġew miġburin flimkien;+ huma ġew għandek.+ Uliedek subien jibqgħu ġejjin mill-​bogħod, u lil uliedek bniet se jieħdu ħsiebhom u jġorruhom fuq il-​ġenbejn.+  F’dak iż-​żmien int se tara u wiċċek jixgħel,+ u qalbek titriegħed u tikber, għax l-​għana tal-​baħar se jiġi lejk; ir-​riżorsi tal-​ġnus se jiġu għandek.+  Tiksik il-​kotra kbira taʼ iġmla jlebbtu, l-​iġmla żgħar taʼ Midjan u t’Għefa.+ Dawk kollha minn Xeba+ se jiġu. Deheb u inċens abjad se jġorru. U jħabbru t-​tifħir taʼ Ġeħova.+  L-imrieħel kollha taʼ Kedar+—dawn se jinġabru flimkien lejk. L-​imtaten taʼ Nebajot+—dawn se jaqduk.+ Se jiġu fuq l-​artal tiegħi u jkunu approvati;+ u jien se nsebbaħ id-​dar sabiħa tiegħi.+  “Min huma dawn li ġejjin jittajru bħal sħaba,+ u bħal ħamiem lejn it-​toqob tal-​barumbara tagħhom?  Għax il-​gżejjer se jibqgħu jittamaw fija,+ il-​bastimenti taʼ Tarsis+ ukoll bħal qabel, sabiex iġibu lil uliedek mill-​bogħod,+ il-​fidda u d-​deheb tagħhom magħhom,+ għal isem+ Ġeħova Alla tiegħek u għall-​Qaddis taʼ Israel,+ għax hu se jkun sebbħek.+ 10  U l-​barranin se jibnulek is-​swar,+ u s-​slaten tagħhom se jaqduk;+ għax fl-​għadab tiegħi se nkun drabtek,+ imma fir-​rieda tajba tiegħi se jkolli ħniena minnek.+ 11  “U l-​bibien tiegħek se jibqgħu miftuħin il-​ħin kollu;+ mhux se jingħalqu la bi nhar u lanqas bil-​lejl, sabiex jinġiebu għandek ir-​riżorsi tal-​ġnus,+ u s-​slaten tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem.+ 12  Għax kull ġens u kull saltna li ma jaqdukx se jgħibu; u l-​ġnus bla dubju jsiru ħerba.+ 13  “Għandek tiġi l-​glorja tal-​Libanu, is-​siġra tal-​ġnibru, is-​siġra tal-​fraxxnu, u ċ-​ċipressa fl-​istess ħin,+ sabiex insebbaħ il-​post tas-​santwarju tiegħi;+ u se nigglorifika l-​post taʼ saqajja.+ 14  “U għandek jiġu wlied dawk li qed iġegħluk issofri u jmilu;+ u dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett iridu jitbaxxew sa qiegħ saqajk,+ u se jkollhom isejħulek il-​belt taʼ Ġeħova, Sijon+ tal-​Qaddis taʼ Israel. 15  “Minflok ma tkun mitluqa għalkollox u mibgħuda, bla ma ħadd jgħaddi minnek,+ jien se nagħmlek ħaġa taʼ min ikun kburi biha għal dejjem,* ferħ kbir għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+ 16  U int se terdaʼ l-​ħalib tal-​ġnus,+ u s-​sider tas-​slaten se terdaʼ;+ u int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova,+ jien is-​Salvatur tiegħek,+ u l-​Alla l-​Qawwi+ taʼ Ġakobb hu Dak li xtrak lura.+ 17  Minflok ir-​ram aħmar se nġib id-​deheb,+ u minflok il-​ħadid inġib il-​fidda, u minflok l-​injam, ram aħmar, u minflok il-​ġebel, ħadid; u se naħtar il-​paċi bħala l-​indokratur tiegħek+ u s-​sewwa bħala dak li jagħtik ix-​xogħol.+ 18  “Mhix se tinstemaʼ iktar il-​vjolenza f’artek, it-​tħarbit jew it-​tiġrif ’il ġewwa mill-​fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-​swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-​bibien tiegħek Tifħir. 19  Ix-xemx mhix se tkun iktar dawl għalik bi nhar, u d-​dija tal-​qamar mhix se tagħtik iktar dawl. Ġeħova jrid isir għalik dawl għal dejjem,+ u Alla tiegħek ikun sbuħitek.+ 20  Mhix se tinżel iktar ix-​xemx tiegħek, lanqas il-​qamar tiegħek m’hu se jbatti; għax Ġeħova nnifsu jsir għalik dawl għal dejjem,+ u jiem il-​vistu tiegħek se jkunu ntemmew.+ 21  U inkwantu għal niesek, ilkoll kemm huma se jkunu nies sewwa;+ se jkollhom l-​art għal dejjem,+ ir-​rimja tat-​taħwil tiegħi,+ xogħol idejja,+ biex jien nissebbaħ.+ 22  Il-wieħed ċkejken isir elf, u ż-​żgħir ġens setgħan.+ Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.” F’versi 19, 20, u 21 ukoll.