Isaija 59:1-21

59  Ara! Id Ġeħova ma qsaritx daqstant li ma tistax issalva,+ u widintu ma tqalitx daqstant li ma tistax tismaʼ.+  Le, imma l-​iżbalji tagħkom saru l-​affarijiet li jikkaġunaw firda bejnkom u bejn Alla tagħkom,+ u dnubietkom ġegħluh jaħbi wiċċu minnkom biex ma jismax.+  Għax idejkom tniġġsu bid-​demm,+ u subgħajkom bl-​iżball. Xofftejkom tkellmu l-​gideb.+ Ilsienkom qagħad igedwed inġustizzja kbira.+  M’hemm ħadd li qed isejjaħ fis-​sewwa,+ u ħadd ma mar il-​qorti b’fedeltà. Fdaw f’xi ħaġa mhix reali,+ u tkellmu l-​frugħa.+ Nisslu l-​inkwiet, u wildu l-​ħsara.+  Huma faqqsu l-​bajd tas-​sriep velenużi, u nisġu l-​għanqbut tal-​brimb.+ Min jiekol mill-​bajd tagħhom imut, u l-​bajda tinkiser u tfaqqas lifgħa.+  L-għanqbut tagħhom ma jservix taʼ libsa, u lanqas ma jitgħattew bl-​għemejjel tagħhom.+ L-​għemejjel tagħhom huma għemejjel taʼ ħsara, u f’idejhom hemm attività vjolenti.+  Saqajhom jibqgħu jiġru lejn il-​ħażen,+ u mgħaġġlin biex ixerrdu demm innoċenti.+ Ħsibijiethom huma ħsibijiet taʼ ħsara;+ tħarbit u tiġrif hemm fit-​triqat ewlenin tagħhom.+  It-triq tal-​paċi+ injorawha, u m’hemmx ġustizzja f’mogħdijiethom.+ Jagħmlu għalihom triqat mgħawġin.+ Ħadd minn min jirfes fihom ma se jkun jaf il-​paċi.+  Huwa għalhekk li l-​ġustizzja tbiegħdet daqshekk minna, u s-​sewwa ma jilħaqniex. Nibqgħu nittamaw għad-​dawl, imma, ara, dlam; għad-​dija, imma bqajna mexjin fi swidija kontinwa.+ 10  Bħall-għomja noqogħdu nteftfu biex inżommu mal-​ħajt, u nibqgħu nteftfu bħal nies bla għajnejn.+ Tfixkilna f’nofsinhar bħallikieku fid-​dlam taʼ fil-​għaxija; fost il-​qawwijin qisna mejtin.+ 11  Aħna nokorbu, ilkoll kemm aħna, bħall-​orsijiet; u bħall-​ħamiem noqogħdu ngorru mnikktin.+ Bqajna nittamaw għall-​ġustizzja,+ imma ma kienx hemm; għas-​salvazzjoni, imma qagħdet ’il bogħod minna.+ 12  Għax l-​irvellijiet tagħna kotru quddiemek;+ u kull dnub li għamilna xehed kontrina.+ Għax l-​irvellijiet tagħna huma magħna; u l-​iżbalji tagħna, aħna nafuhom tajjeb.+ 13  Il-liġi nkisret u Ġeħova ġie miċħud;+ u rsaqna lura minn Alla tagħna, tkellimna dwar moħqrija u rvell,+ nissilna kliem taʼ gideb f’qalbna u gedwidnieh.+ 14  U l-​ġustizzja kellha tersaq lura,+ u s-​sewwa baqaʼ wieqaf fil-​bogħod.+ Għax il-​verità tfixklet fil-​pjazza, u d-​dritt ma jistax jidħol.+ 15  U l-​verità hija nieqsa,+ u kulmin iwarrab mill-​ħażen qed jiġi rovinat.+ U Ġeħova ra dan, u kien ħażin f’għajnejh li ma kienx hemm ġustizzja.+ 16  U meta ra li ma kienx hemm raġel wieħed biex jgħin, baqaʼ mbellah li ma kien hemm ħadd jaqbeż għalih.+ U driegħu salvah, u kien is-​sewwa tiegħu li appoġġah.+ 17  Imbagħad libes is-​sewwa bħal kurazza,+ u l-​elmu tas-​salvazzjoni fuq rasu.+ Iktar minn hekk, libes l-​ilbies tal-​vendetta+ u tgeżwer biż-​żelu bħallikieku b’libsa bla kmiem.+ 18  Fi qbil maʼ l-​għemejjel hu jħallas skond ma jkun mistħoqq,+ korla lill-​avversarji tiegħu, trattament xieraq lill-​għedewwa tiegħu.+ Lill-​gżejjer iħallashom kif jixraq.+ 19  U minn inżul ix-​xemx se jibdew jibżgħu minn isem Ġeħova,+ u minn tlugħ ix-​xemx mill-​glorja tiegħu,+ għax hu jiġi bħal xmara taʼ niket immexxija mill-​ispirtu taʼ Ġeħova.+ 20  “U lejn Sijon+ jiġi Dak li xtraha lura,+ u jiġi f’Ġakobb lejn dawk li reġgħu lura mill-​ksur tal-​liġi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 21  “U min-​naħa tiegħi, dan hu l-​patt tiegħi magħhom,”+ qal Ġeħova. “L-​ispirtu tiegħi li qiegħed fuqek+ u kliemi li qegħedt f’fommok+—ma jitneħħewx minn fommok jew minn fomm uliedek jew minn fomm ulied uliedek,” qal Ġeħova, “minn issa u għal dejjem.”*+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.”