Isaija 58:1-14

58  “Għajjat b’ħanġra daqsiex; toqgħodx lura.+ Għolli leħnek sewwasew bħal qarn, u għid lill-​poplu tiegħi l-​irvell tagħhom,+ u lil dar Ġakobb dnubiethom.  Madankollu, jum wara jum baqgħu jfittxuni, u esprimew li jitgħaxxqu bl-​għarfien taʼ triqati,+ bħal ġens li pprattika s-​sewwa u li ma telaqx il-​ġustizzja t’Alla tiegħu,+ għax baqgħu jitolbuni għal ġudizzji sewwa, billi resqu qrib Alla li kienu jitgħaxxqu bih,+  “‘Għalfejn somna u int ma rajtx,+ u għakkisna ruħna+ u int ma tajtx kas?’+ “Tassew li tgħaxxaqtu b’jum is-​sawm tagħkom, waqt li kien hemm dawk kollha li kienu qed jitħabtu għalikom u li kontu qed iġġegħluhom jaħdmu.+  Imma fil-​fatt, biex titlewmu u tiġġieldu kontu ssumu,+ u biex tagħtu bil-​ponn tal-​ħażen.+ Ma bqajtux intom issumu bħallikieku kien il-​jum li leħinkom jinstemaʼ fl-​għoli?  Għandu s-​sawm li nagħżel jien isir hekk, bħala jum biex il-​bniedem jgħakkes ruħu?+ Biex ibaxxi rasu bħall-​ħaxix,* u biex jifrex id-​drapp taʼ l-​ixkora u l-​irmied bħala friexu?+ Dan issejħulu sawm u jum aċċettabbli għal Ġeħova?+  “M’huwiex dan is-​sawm li nagħżel jien? Li terħu l-​ktajjen tal-​ħażen,+ li tħollu l-​irbit taʼ l-​istanga tal-​madmad,+ u li teħilsu lill-​imfarrkin,+ u li taqsmu kull stanga tal-​madmad fi tnejn?+  M’huwiex li taqsam ħobżok maʼ min hu bil-​ġuħ,+ u li ddaħħal f’darek lil dawk li qed isofru u li m’għandhomx dar?+ U li jekk tara lil xi ħadd għarwien, tgħattih,+ u li ma tinħebiex minn laħmek stess?+  “F’dak il-​każ id-​dawl tiegħek ifiġġ bħaż-​żerniq;+ u tirkupra bil-​ħeffa.+ U s-​sewwa jimxi quddiemek;+ il-​glorja taʼ Ġeħova tkun għassa warajk.+  F’dak il-​każ int issejjaħ, u Ġeħova jwieġeb; tgħajjat għall-​għajnuna,+ u hu jgħid, ‘Hawn jien!’ “Jekk tneħħi minn nofsok l-​istanga tal-​madmad,+ u tieqaf tipponta sebgħek,+ u ma tgħidx kliem taʼ ħsara;+ 10  u tagħti lil min hu bil-​ġuħ dak li tixtieq ruħek stess,+ u tissodisfa lir-​ruħ li qed issofri, id-​dawl tiegħek se jiddi saħansitra fid-​dlam, u s-​swidija tiegħek se tkun bħal nofsinhar.+ 11  U Ġeħova jkollu jmexxik+ il-​ħin kollu+ u jissodisfalek ruħek saħansitra f’art niexfa,+ u jsaħħaħlek għadmek;+ u int issir bħal ġnien imsoqqi tajjeb,+ u bħal għajn taʼ l-​ilma li l-​ilmijiet tagħha ma jigdbux. 12  U bl-​inizjattiva tiegħek jerġgħu jibnu l-​postijiet li ilhom ħerba żmien twil;+ int ittellaʼ l-​pedamenti li ilhom hekk għal ġenerazzjonijiet sħaħ.+ U tissejjaħ dak li jsewwi t-​tiċrit,+ dak li jirranġa t-​toroq biex wieħed jgħammar ħdejhom. 13  “Jekk minħabba s-​Sabat int treġġaʼ lura saqajk u ma tibqax tagħmel dak li jogħġob lilek fil-​jum qaddis tiegħi,+ u s-​Sabat issejjaħlu għaxqa kbira, jum qaddis taʼ Ġeħova, wieħed glorifikat,+ u fil-​fatt tigglorifikah minflok ma timxi fi triqatek, minflok tfittex dak li jogħġob lilek u tgħid kliem fil-​vojt; 14  fil-każ int se titgħaxxaq ferm b’Ġeħova,+ u jien intellgħek fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art;+ u nitimgħek mill-​wirt taʼ Ġakobb missierek,+ għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “bħas-​simar.”