Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Isaija 57:1-21

57  Il-ġust għab,+ imma ħadd ma qed idaħħal dan f’qalbu.+ U n-nies taʼ qalb tajba bl-imħabba nġabru mal-mejtin,+ waqt li ħadd m’hu jifhem li l-ġust inġabar minħabba l-gwaj.+  Jidħol fil-paċi;+ jistrieħ+ fuq soddtu,+ kulmin jimxi fid-dritt.+  “Imma intom, itilgħu u ersqu ’l hawn,+ ulied mara li tbassar,+ ja nisel taʼ persuna adultera u taʼ mara li tagħmel il-prostituzzjoni:+  Minħabba min qed tifirħu u tieħdu gost?+ Għal min qed iċċarrtu ħalqkom, toħorġu lsienkom barra?+ M’intomx intom ulied il-ksur tal-liġi, nisel il-gideb,+  dawk li qed iqajmu l-passjoni fost is-siġar kbar,+ taħt kull siġra tħaddar,+ u joqtlu lit-tfal fil-widien* bejn ix-xquq tal-blat?+  “Sehmek kien maċ-ċagħaq lixx tal-wied.+ Dawn—dawn kienu sehmek.+ Iktar minn hekk, int lilhom sawwabt offerta tax-xorb,+ offrejt għotja. Sejjer jien nitfarraġ b’dawn l-affarijiet?+  Fuq muntanja għolja u merfugħa frixt soddtok.+ Hemmhekk ukoll tlajt toffri sagrifiċċju.+  U wara l-bieb u l-koxxa tal-bieb int qegħedt tifkira għalik.+ Għax ’il bogħod minni, inkxift u tlajt; soddtok għamiltha spazjuża.+ U għamilt patt magħhom għall-vantaġġ tiegħek. Ħabbejtha s-sodda magħhom.+ Int rajt l-organu maskili.  U nżilt lejn Melek biż-żejt, u bqajt tkattar l-ingwenti tiegħek.+ U bqajt tibgħat lir-rappreżentanti tiegħek ’il bogħod, u għalhekk baxxejt l-affarijiet sal-Qabar.*+ 10  Int tħabatt fil-kotra taʼ triqatek.+ M’għedtx, ‘M’hemmx tama!’ Int sibt li l-qawwa tiegħek reġgħet qamet.+ Huwa għalhekk li ma mradtx.+ 11  “Minn min sirt beżgħana u bdejt tibżaʼ,+ biex hekk qbadt tigdeb?+ Imma int ma ftakartx fija.+ Ma daħħalt xejn f’qalbek.+ Jaqaw jien ma bqajtx sieket u ħbejt l-affarijiet?+ Għalhekk, lanqas minni ma bżajt.+ 12  Jien stess se nxandar is-sewwa tiegħek+ u l-għemejjel tiegħek,+ u dawn m’humiex se jiswewlek taʼ ġid.+ 13  Meta tgħajjat għall-għajnuna, l-affarijiet miġburin li għandek ma jeħilsukx,+ imma riħ iġorrhom ilkoll.+ Nifs jiħodhom ’l hemm, imma dak li jistkenn fija+ se jiret l-art u jieħu f’idejh il-muntanja qaddisa tiegħi.+ 14  U wieħed għad jgħid, ‘Ħejju triq, ħejju triq! Naddfu t-triq.+ Neħħu kull tfixkil mit-triq tal-poplu tiegħi.’”+ 15  Għax hekk qal l-Għoli u l-Merfugħ ’il fuq,+ li jgħammar għal dejjem+ u li ismu qaddis:+ “Fl-għoli u fil-post qaddis ngħammar jien,+ flimkien maʼ l-imfarrak u dak bi spirtu umli,+ biex inqajjem mill-ġdid l-ispirtu taʼ l-umli u nqajjem mill-ġdid qalb l-imfarrkin.+ 16  Għax m’iniex se nibqaʼ niġġieled għal żmien indefinit, lanqas inkun mgħaddab għal dejjem;+ għax minħabba fija l-ispirtu jiddgħajjef,+ anki l-ħlejjaq li jieħdu n-nifs li għamilt jien.+ 17  “Jien għadabt għall-ġiri żbaljat wara l-qligħ inġust tiegħu,+ u drabtu, u ħbejt wiċċi minnu,+ waqt li kont mgħaddab. Imma hu baqaʼ jimxi bħal ribell+ fit-triq taʼ qalbu. 18  Rajthom triqatu; u bdejt infejqu+ u mmexxih+ u npattilu bil-faraġ+ lilu u lill-imnikktin tiegħu.”+ 19  “Qed noħloq il-frott tax-xofftejn.+ Kemm dak ’il bogħod u kemm dak viċin se jkollu paċi kontinwa,”+ qal Ġeħova, “u jien infejqu.”+ 20  “Imma l-ħżiena huma bħall-baħar imqalleb, meta ma jkunx jistaʼ jikkalma, li l-ilmijiet tiegħu jibqgħu jqanqlu l-ħaxix tal-baħar u l-ħama. 21  M’hemmx paċi,” qal Alla tiegħi, “għall-ħżiena.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”