Isaija 56:1-12

56  Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu l-​ġustizzja,+ u agħmlu dak li hu sewwa.+ Għax is-​salvazzjoni tiegħi dalwaqt ġejja,+ u s-​sewwa tiegħi dalwaqt jinkixef.+  Hieni l-​bniedem mortali li jagħmel dan,+ u bin il-​bniedem li jżomm sod maʼ dan,+ billi jħares is-​Sabat sabiex ma jkasbrux,+ u jżomm idu sabiex ma jagħmel ebda tip taʼ ħażen.+  U ħa ma jgħidx il-​barrani li ntrabat maʼ Ġeħova,+ ‘Ġeħova żgur se jifridni minn mal-​poplu tiegħu.’+ U lanqas l-​ewnuku+ m’għandu jgħid, ‘Ara! Jien siġra niexfa.’”  Għax hekk qal Ġeħova lill-​ewnuċi li jħarsu s-​Sabatijiet tiegħi u li għażlu dak li jien tgħaxxaqt bih+ u li qed iżommu sod mal-​patt tiegħi:+  “Saħansitra lilhom se nagħtihom f’dari+ u ’l ġewwa mis-​swar tiegħi monument+ u isem,+ xi ħaġa aħjar minn ulied subien u bniet.+ Nagħtihom isem għal żmien indefinit,+ wieħed li mhux se jispiċċa.+  “U lill-​barranin li ntrabtu maʼ Ġeħova biex jaqduh+ u biex iħobbu l-​isem taʼ Ġeħova,+ sabiex isiru qaddejja tiegħu, dawk kollha li qed iħarsu s-​Sabat sabiex ma jkasbruhx u qed iżommu sod mal-​patt tiegħi,+  se nġibhom ukoll lejn il-​muntanja qaddisa tiegħi+ u nferraħhom fid-​dar tiegħi tat-​talb.+ L-​offerti sħaħ tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji tagħhom+ se jiġu aċċettati fuq l-​artal tiegħi.+ Għax dari tissejjaħ dar tat-​talb għall-​popli kollha.”+  Il-kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, li qed jiġbor flimkien lill-​imxerrdin taʼ Israel,+ hija: “Se niġborlu flimkien oħrajn minbarra dawk li diġà nġabrulu.”+  Intom l-​annimali salvaġġi kollha tar-​rabaʼ, ejjew kulu, intom l-​annimali salvaġġi kollha fil-​foresta.+ 10  L-għassiesa tiegħu huma għomja.+ Ħadd minnhom ma ta kas.+ Ilkoll kemm huma klieb imbikkmin; ma jistgħux jinbħu,+ imma jilhġu, jimteddu, u jħobbu jonogħsu.+ 11  Huma klieb li ruħhom xewqana+ għall-​aħħar; qatt ma jixbgħu.+ Huma wkoll rgħajja li qatt ma tgħallmu jifhmu.+ Ilkoll kemm huma daru lejn triqithom, kull wieħed għall-​qligħ inġust mill-​fruntiera tiegħu:+ 12  “Ejjew! Ħa nġib ftit inbid; u ejjew nixorbu kemm nifilħu xorb li jsakkar.+ U għada jkun bħal-​lum, anzi ħafna aħjar.”+

Noti taʼ taħt