Isaija 55:1-13

55  Isa, intom ilkoll li għandkom l-​għatx!+ Ejjew lejn l-​ilma.+ U dawk li m’għandhomx flus! Ejjew, ixtru u kulu.+ Iva, ejjew, ixtru l-​inbid+ u l-​ħalib+ bla flus u bla prezz.+  Għalfejn tibqgħu tħallsu l-​flus għal dak li m’huwiex ħobż, u għala titħabtu għal dak li ma jġibx sodisfazzjon?+ Isimgħuni sew, u kulu dak li hu tajjeb,+ u ħa titgħaxxaq ferm ruħkom b’ikel rikk.+  Mejlu widnitkom+ u ejjew għandi.+ Isimgħu, u ruħkom tibqaʼ ħajja,+ u jien ċertament li nagħmel patt magħkom għal żmien indefinit+ fi qbil mal-​provi taʼ min joqgħod fuqhom tal-​qalb tajba bl-​imħabba murija lil David.+  Ara! Tajtu+ lill-​popli+ bħala xhud,+ bħala mexxej+ u kmandant+ għall-​popli.  Ara! Int se ssejjaħ lil ġens li ma tafx,+ u wħud minn ġens li ma kinux jafuk se jiġru lejk,+ minħabba Ġeħova Alla tiegħek,+ u minħabba l-​Qaddis taʼ Israel,+ għax hu jkun sebbħek.+  Fittxu lil Ġeħova waqt li għadu jistaʼ jinstab.+ Sejħulu waqt li qiegħed fil-​qrib.+  Ħalli l-​ħażin jerħi triqtu,+ u dak li jagħmel il-​ħsara jerħi ħsibijietu;+ u ħa jerġaʼ lura lejn Ġeħova, li jkollu ħniena minnu,+ u lejn Alla tagħna, għax hu jaħfer bil-​kbir.+  “Għax ħsibijietkom m’humiex ħsibijieti,+ u lanqas triqati m’huma triqatkom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “Għax daqskemm is-​smewwiet huma ogħla mill-​art,+ hekk triqati huma ogħla minn triqatkom,+ u ħsibijieti minn ħsibijietkom.+ 10  Għax bħalma tinżel ix-​xita qawwija, u l-​borra, mis-​smewwiet u ma terġax lura lejn dak il-​post, jekk ma xxarrabx l-​art u ġġegħelha tnibbet u tipproduċi l-​frott,+ u ż-​żerriegħa tingħata lil min jiżraʼ u l-​ħobż lil min jiekol,+ 11  hekk ukoll tkun kelmti li toħroġ minn fommi.+ Ma terġax lura lejja mingħajr riżultati,+ imma żgur tagħmel dak li jogħġobni,+ u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.+ 12  “Għax bil-​ferħ toħorġu,+ u bil-​paċi tiġu mdaħħlin.+ Il-​muntanji u l-​għoljiet jifirħu quddiemkom b’għajta ferriħija,+ u s-​siġar tar-​rabaʼ lkoll se jċapċpu idejhom.+ 13  Minflok is-​siġra tax-​xewk titlaʼ s-​siġra tal-​ġnibru.+ Minflok il-​ħurrieqa titlaʼ s-​siġra tar-​riħan.+ U dan jagħmel lil Ġeħova magħruf,+ u jkun sinjal għal żmien indefinit+ li ma jispiċċax.”

Noti taʼ taħt