Isaija 54:1-17

54  “Għajjat bil-​ferħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma wlidtx!+ Ifraħ b’għajta ferriħija u nfexx werżaq,+ int li ma kellekx uġigħ tal-​ħlas;+ għax ulied l-​abbandunata huma iktar numerużi minn ulied il-​mara li għandha sidha bħal raġel miżżewweġ,”+ qal Ġeħova.  “Agħmel il-​post tat-​tinda tiegħek iktar spazjuż.+ Ħa jiġġebbdu d-​drappijiet tat-​tabernaklu grandjuż tiegħek. Toqgħodx lura. Tawwal il-​ħbula tat-​tinda tiegħek, u saħħaħ l-​imsiemer tat-​tinda tiegħek.+  Għax int toħroġ lejn il-​lemin u lejn ix-​xellug,+ u nislek jieħu l-​ġnus taħt idejh,+ u huma jgħammru saħansitra fil-​bliet abbandunati.+  Tibżax,+ għax mhux se jkollok għalfejn tistħi;+ u tħossokx umiljata, għax m’intix se tkun diżappuntata.+ Għax se tinsa saħansitra l-​għajb taʼ żmien żgħożitek,+ u ma tiftakarx iżjed iż-​żebliħ taż-​żmien li fih bqajt armla.”  “Għax il-​Wieħed Grandjuż li għamlek+ huwa sidek bħal raġel miżżewweġ,+ li Ġeħova taʼ l-​armati huwa ismu;+ u l-​Qaddis taʼ Israel hu Dak li xtrak lura.+ L-​Alla taʼ l-​art kollha se jissejjaħ.+  Għax Ġeħova sejjaħlek bħallikieku kont mara miżżewġa mitluqa għalkollox u bi spirtu mweġġaʼ,+ u bħal mara li żżewġet f’żgħożitha+ imma li mbagħad ġiet imwarrba,”+ qal Alla tiegħek.  “Għal ftit biss tlaqtek għalkollox,+ imma se nerġaʼ niġbrok flimkien bi ħniniet kbar.+  Jien ħbejt wiċċi minnek b’għadab kbir għal waqt wieħed,+ imma se jkolli ħniena minnek b’qalb tajba bl-​imħabba għal żmien indefinit,”+ qal Dak li xtrak lura,+ Ġeħova.  “Dan hu bħal żmien Noè għalija.+ Bħalma ħlift li l-​ilmijiet taʼ Noè ma jerġgħux jgħaddu fuq l-​art,+ hekk ukoll ħlift li ma nagħdabx għalik jew inċanfrek.+ 10  Għax il-​muntanji jistgħu jitneħħew, u l-​għoljiet jistgħu jitħarrku,+ imma l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi ma titneħħiex minn fuqek,+ u l-​patt taʼ paċi tiegħi ma jitħarrikx,”+ qal Ġeħova, Dak li jkollu ħniena minnek.+ 11  “O mara li qed issofri,+ imħabbta mit-​tempesta,+ bla faraġ,+ ara, jien inqiegħed il-​ġebel tiegħek b’tajn b’saħħtu,+ u se nqiegħed il-​pedament tiegħek+ biż-​żaffir.+ 12  U se nagħmillek iċ-​ċnut tas-​swar tar-​rubini, u l-​bibien tiegħek taʼ ħaġar jixgħel bħan-​nar,+ u t-​trufijiet kollha tiegħek taʼ ħaġar sabiħ. 13  U wliedek kollha+ jkunu persuni mgħallmin minn Ġeħova,+ u l-​paċi taʼ wliedek tkun kotrana.+ 14  Int tkun stabbilita fis-​sod u fis-​sewwa.+ Se tkun ’il bogħod mill-​moħqrija+—għax ma tibżaʼ xejn minn dan—u ’l bogħod minn kull ħaġa taʼ twerwir, għax din ma tersaqx lejk.+ 15  Jekk xi ħadd fil-​fatt jattakkak, ma jkunx bl-​ordni tiegħi.+ Ikun min ikun li jattakkak se jaqaʼ minħabba fik.”+ 16  “Ara! Jien stess ħlaqt lill-​bniedem tas-​sengħa, dak li jonfoħ+ fuq in-​nar tal-​ġamar+ u jagħmel arma bħala l-​ħidma tiegħu. U jien, ukoll, ħlaqt lir-​raġel li jġib rovina+ u tħarbit. 17  Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix,+ u kwalunkwe lsien li jqum kontrik fil-​ġudizzju, int tikkundannah.+ Dan hu l-​wirt tal-​qaddejja taʼ Ġeħova,+ u s-​sewwa tagħhom ġej mingħandi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt