Isaija 53:1-12

53  Min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat+ id-​driegħ taʼ Ġeħova?+  U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-​dehra li ġġegħelna nixtiquh.+  Hu kien mistmerr u skartat min-​nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-​uġigħ u kien midħla tal-​mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+  Tassew, hu ġarr il-​mard tagħna;+ u inkwantu għall-​weġgħat tagħna, tgħabba bihom hu.+ Imma aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat,+ imsawwat,+ u milqut bis-​sofferenza minn Alla.+  Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-​liġi;+ kien qed jitfarrak għall-​iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-​swat maħsub għall-​paċi tagħna,+ u minħabba l-​feriti tiegħu+ kellna l-​fejqan.+  Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-​iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-​wieħed.+  Hu kien magħkus ferm,+ u ħalla lil min jaħqru;+ madankollu ma fetaħx fommu. Inġieb bħal nagħġa għall-​qatla;+ u bħal nagħġa li timmuta quddiem min iġiżżha, hu wkoll ma fetaħx fommu.+  Kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju ġust;+ u min se jkun jimpurtah mid-​dettalji taʼ nislu?+ Għax inqataʼ+ mill-​art tal-​ħajjin.+ Qalaʼ d-​daqqa+ minħabba li l-​poplu tiegħi kiser il-​liġi.+  Il-post għad-​dfin tiegħu jkun mal-​ħżiena,+ u f’mewtu jkun mal-​klassi taʼ l-​għonja,+ minkejja li ma wettaqx xi vjolenza+ u ma kien hemm ebda qerq f’fommu.+ 10  Imma Ġeħova għoġbu jfarrku;+ marrdu.+ Jekk int tħejji lil ruħu bħala offerta għall-​ħtija,+ hu jara lil nislu,+ itawwal jiemu,+ u kulma jogħġob+ lil Ġeħova jirnexxi f’idu.+ 11  Minħabba l-​inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-​għarfien tiegħu, il-​ġust, il-​qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-​iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+ 12  Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

Noti taʼ taħt