Isaija 52:1-15

52  Stenbaħ, stenbaħ, ilbes saħħtek,+ O Sijon! Ilbes il-​ħwejjeġ sbieħ tiegħek,+ O Ġerusalemm, il-​belt qaddisa!+ Għax mhux se jerġaʼ jkun hemm fik min mhux ċirkonċiż u min mhux nadif.+  Qum mit-​trab,+ tfarfar, oqgħod bil-​qiegħda, O Ġerusalemm. Ħoll l-​irbit li għandek m’għonqok, O bint imjassra taʼ Sijon.+  Għax hekk qal Ġeħova: “B’xejn kontu mibjugħin,+ u mingħajr flus se tinxtraw mill-​ġdid.”+  Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Kien fl-​Eġittu li n-​nies tiegħi marru l-​ewwel biex jgħixu bħala barranin;+ u min-​naħa tagħha, l-​Assirja ħaqrithom għalxejn.”  “U issa, x’se nagħmel minħabba din is-​sitwazzjoni?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax il-​poplu tiegħi ttieħed b’xejn.+ Dawk li ħakmu fuqu qagħdu jgħajtu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u l-​ħin kollu, il-​jum kollu, ismi ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett.+  Għal dik ir-​raġuni, il-​poplu tiegħi se jkun jaf ismi,+ iva, għal dik ir-​raġuni f’dak il-​jum, għax jien hu li qed nitkellem.+ Ara! Jien hu!”  Kemm huma sbieħ fuq il-​muntanji saqajn+ dak li qed iġib aħbar tajba,+ dak li qed ixandar il-​paċi,+ dak li qed iġib aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar,+ dak li qed ixandar is-​salvazzjoni,+ dak li qed jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek sar sultan!”+  Ismaʼ! L-​għassiesa tiegħek stess+ għollew leħinhom.+ Għalenija jibqgħu jgħajtu bil-​ferħ; għax meta Ġeħova jiġbor lura lil Sijon+ se jħarsu f’għajnejn xulxin.+  Ifirħu, għajtu bil-​ferħ għalenija, postijiet imħarbtin taʼ Ġerusalemm,+ għax Ġeħova farraġ lill-​poplu tiegħu;+ xtara mill-​ġdid lil Ġerusalemm.+ 10  Ġeħova kixef id-​driegħ qaddis tiegħu quddiem għajnejn il-​ġnus kollha;+ u t-​truf kollha taʼ l-​art iridu jaraw is-​salvazzjoni t’Alla tagħna.+ 11  Warrbu, warrbu, oħorġu minn hemmhekk,+ tmissu xejn li m’huwiex nadif;+ oħorġu minn ġo nofsha,+ ibqgħu nodfa, intom li qed iġġorru l-​għodod tad-​dar taʼ Ġeħova.+ 12  Għax se toħorġu bla ebda paniku, u m’intomx se taħarbu tiġru.+ Għax Ġeħova se jmur qabilkom,+ u l-​Alla taʼ Israel se jkun l-​għassies li jimxi warajkom.+ 13  Ara! Il-​qaddej tiegħi+ se jaġixxi bid-​dehen.+ Se jkollu pożizzjoni għolja u se jintrefaʼ u jiġi eżaltat ferm.+ 14  Daqskemm iċċassaw u stagħġbu lejh ħafna nies+—tant kemm id-​dehra tiegħu tħassret+ iktar minn taʼ kull bniedem ieħor, u s-​sura impressjonanti tiegħu+ iktar minn dik taʼ wlied il-​bnedmin— 15  daqstant ieħor se jaħsad lil ħafna ġnus.+ Is-​slaten se jagħlqu ħalqhom meta jarawh,+ għax se jaraw dak li ma ntqalilhomx, u se jkollhom jikkunsidraw dak li ma semgħux.+

Noti taʼ taħt