Isaija 51:1-23

51  “Isimgħuni, intom li qed tiġru wara s-​sewwa,+ intom li qed tipprovaw issibu lil Ġeħova.+ Ħarsu lejn il-​blata+ li ġejtu maqtugħin minnha, u lejn il-​vojt tal-​ħofra li nħriġtu minnha.  Ħarsu lejn missierkom+ Abraham+ u lejn Sara+ li wilditkom bl-​uġigħ tal-​ħlas. Għax meta sejjaħtlu hu kien wieħed,+ u beriktu u għamiltu ħafna.+  Għax Ġeħova se jfarraġ lil Sijon.+ Hu se jfarraġ il-​postijiet imħarbtin kollha tagħha,+ u jagħmel ix-​xagħri tagħha bħall-​Għeden+ u l-​pjanura tad-​deżert tagħha bħall-​ġnien taʼ Ġeħova.+ Ferħ kbir u hena se jinstabu fiha, radd il-​ħajr u l-​leħen taʼ melodija.+  “Agħti kasi, O poplu tiegħi; u agħtini widen, ġens tiegħi.+ Għax se toħroġ liġi mingħandi,+ u d-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi se nwaqqafha bħala dawl għall-​popli.+  Is-sewwa tiegħi fil-​qrib.+ Is-​salvazzjoni tiegħi+ ġejja, u dirgħajja se jiġġudikaw lill-​popli.+ Il-​gżejjer se jittamaw fija,+ u se jistennew għal driegħi.+  “Erfgħu għajnejkom lejn is-​smewwiet,+ u ħarsu lejn l-​art hemm taħt. Għax is-​smewwiet idubu u jixxerrdu bħal duħħan,+ u bħal libsa l-​art titmermer,+ u l-​abitanti tagħha jmutu bħal sempliċi nemusa. Imma s-​salvazzjoni tiegħi tkun għal dejjem,+ u s-​sewwa tiegħi ma jitkissirx.+  “Isimgħuni, intom li tafu s-​sewwa, il-​poplu li f’qalbu hemm il-​liġi tiegħi.+ Tibżgħux mit-​tmaqdir tal-​bnedmin mortali, u titwerwrux sempliċement minħabba t-​tgħajjir tagħhom.+  Għax il-​kamla se tikolhom bħallikieku kienu libsa, u l-​kamla tal-​ħwejjeġ tikolhom bħallikieku kienu suf.+ Imma s-​sewwa tiegħi jibqaʼ għal dejjem, u s-​salvazzjoni tiegħi għal ġenerazzjonijiet bla għadd.”+  Stenbaħ, stenbaħ, ilbes is-​saħħa,+ O driegħ taʼ Ġeħova!+ Stenbaħ bħal fi żmien il-​qedem, bħal fil-​ġenerazzjonijiet taʼ żmien twil ilu.+ Mhux int kont dak li kisser lil Raħab+ biċċiet, dak li nifed il-​mostru tal-​baħar?+ 10  Mhux int kont dak li nixxef il-​baħar, l-​ilmijiet tal-​fond kbir?+ Dak li għamel mill-​fond tal-​baħar triq għal dawk mixtrijin lura sabiex jaqsmu minnha?+ 11  Imbagħad il-​mifdijin taʼ Ġeħova se jerġgħu lura u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija,+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.+ Se jaslu għall-​ferħ kbir u l-​hena.+ U n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+ 12  “Jien—jien hu li qed infarraġkom.+ “Min int biex tibżaʼ minn bniedem mortali li se jmut,+ u minn bin il-​bniedem li jintgħamel bħall-​ħaxix aħdar?+ 13  U min int biex tinsa lil Ġeħova, Dak li għamlek,+ li firex is-​smewwiet+ u qiegħed is-​sisien taʼ l-​art,+ u minħabba f’hekk il-​jum kollu kont dejjem imbeżżaʼ minħabba l-​korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien,+ bħallikieku kien lest biex jagħmlek ħerba?+ U fejn hi l-​korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien?+ 14  “Dak li qed jitbaxxa bil-​ktajjen malajr se jinħall,+ sabiex ma jmurx mejjet lejn il-​ħofra+ u sabiex ma jiġix nieqes minn ħobżu.+ 15  “Imma jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, Dak li jqanqal il-​baħar sabiex il-​mewġ tiegħu jitqalleb.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.+ 16  U jien inqiegħed kliemi f’fommok,+ u ngħattik bid-​dell taʼ idi,+ sabiex nistabbilixxi s-​smewwiet+ u nqiegħed is-​sisien taʼ l-​art+ u ngħid lil Sijon, ‘Int il-​poplu tiegħi.’+ 17  “Stenbaħ, stenbaħ, qum, O Ġerusalemm,+ int li xrobt minn id Ġeħova l-​kies tal-​korla tiegħu.+ Int xrobt, int battalt it-​tazza, il-​kies li qed jistordik.+ 18  Ħadd mill-​ulied kollha+ li wildet ma mexxieha, u mill-​ulied kollha li rabbiet ħadd ma qabdilha idha.+ 19  Ġrawlek dawk iż-​żewġ affarijiet.+ Min se jissimpatizza miegħek?+ Tħarbit u tiġrif, u ġuħ u sejf!+ Min se jfarrġek?+ 20  Uliedek stess ħasshom ħażin.+ Imteddew f’ras it-​toroq kollha bħal nagħaġ salvaġġi fix-​xibka,+ bħal dawk mimlijin bil-​korla taʼ Ġeħova,+ iċ-​ċanfira t’Alla tiegħek.”+ 21  Għalhekk, ismaʼ dan, jekk jogħġbok, O mara+ li qed issofri u fis-​sakra, imma mhux bl-​inbid.+ 22  Hekk qal il-​Mulej tiegħek, Ġeħova, iva, Alla tiegħek, li jiġġieled+ għall-​poplu tiegħu: “Ara! Se niħodlok minn idek il-​kies li qed jistordik.+ It-​tazza, il-​kies tal-​korla—ma terġax tixorbu.+ 23  U jien inqiegħdu f’id dawk li qed jirritawk,+ dawk li qalu lil ruħek, ‘Tbaxxa sabiex naqsmu għan-​naħa l-​oħra,’ u b’hekk kont tagħmel dahrek bħall-​art, u bħal triq għal dawk li kienu jaqsmu.”+

Noti taʼ taħt