Isaija 50:1-11

50  Hekk qal Ġeħova: “Fejn, allura, huwa ċ-​ċertifikat tad-​divorzju+ t’ommkom, li lilha jien keċċejt?+ Jew, minn dawk li għandi d-​dejn magħhom lil min begħtkom jien?+ Ara! Minħabba l-​iżbalji tagħkom stess+ ġejtu mibjugħin, u minħabba l-​ksur tal-​liġi tagħkom stess tkeċċiet ommkom.+  Għala ġara li, meta jien dħalt, ma kien hemm ħadd?+ Meta sejjaħt, ħadd ma wieġeb?+ Qsaret daqstant idi li ma tistax tifdi,+ jew m’għandix jien qawwa li neħles? Ara! Biċ-​ċanfira tiegħi+ nnixxef il-​baħar;+ nagħmel ix-​xmajjar xagħri.+ Il-​ħut tagħhom jinten minħabba li ma jkun hemm ebda ilma, u jmut bl-​għatx.+  Jien illibbes is-​smewwiet bid-​dlam,+ u ngħattihom bid-​drapp taʼ l-​ixkora.”+  Il-Mulej Sovran Ġeħova tani l-​ilsien taʼ wieħed li ġie mgħallem,+ sabiex inkun naf kif inwieġeb lill-​għajjien b’kelma.+ Hu jqajjimni kull fil-​għodu; hu jqajjimli widinti biex nismaʼ bħal wieħed li ġie mgħallem.+  Il-Mulej Sovran Ġeħova nnifsu fetaħli widinti, u jien, min-​naħa tiegħi, ma kontx ribelluż.+ Ma dortx fid-​direzzjoni opposta.+  Dahri tajtu lil dawk li sawtuni, u ħaddejja+ lil dawk li jnittfu x-​xagħar. Wiċċi ma ħbejtux minn affarijiet umiljanti u mill-​bżieq.+  Imma l-​Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni.+ Għalhekk, mhux se jkolli għalxiex inħossni umiljat. Għalhekk, webbist wiċċi bħaż-​żnied, u naf li mhux se jkolli għalfejn nistħi.+  Qrib hu Dak li qed jiddikjarani ġust.+ Min jistaʼ jħaqqaqha miegħi? Ejjew inqumu bil-​wieqfa flimkien.+ Min hu l-​avversarju tiegħi fil-​ġudizzju?+ Ħa jersaq lejja.+  Ara! Il-​Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni. Min jistaʼ jiddikjarani mill-​agħar?+ Ara! Ilkoll kemm huma, bħal libsa, se jitmermru.+ Sempliċi kamla se tikolhom.+ 10  Min fostkom jibżaʼ+ minn Ġeħova, billi jagħti widen għal-​leħen tal-​qaddej tiegħu,+ li mexa fi dlam kontinwu+ u li għalih ma kien hemm ebda dija? Ħa jafda f’isem Ġeħova+ u jserraħ fuq Alla tiegħu.+ 11  “Ara! Intom ilkoll li qed tixegħlu n-​nar, billi tqabbdu x-​xrar, imxu fid-​dawl tan-​nar tagħkom, u fost ix-​xrar li ħeġġiġtu. Minn idi, dan hu li se tieħdu żgur: Se timteddu f’uġigħ kbir.+

Noti taʼ taħt