Isaija 5:1-30

5  Ħa nkanta għanja, jekk jogħġobkom, għall-​maħbub tiegħi, għanja dwar il-​maħbub tiegħi u l-​għalqa tad-​dwieli tiegħu.+ Il-​maħbub tiegħi kellu għalqa tad-​dwieli fuq ġenb għammiel t’għolja.  U ħaffirha u neħħielha l-​ġebel u ħawwel fiha dielja ħamra prima, u bena torri f’nofsha.+ U ħaffer fiha magħsar taʼ l-​inbid.+ U baqaʼ jittama li tagħmel l-​għeneb,+ imma għamlet għeneb salvaġġ.+  “U issa, O abitanti taʼ Ġerusalemm u nies taʼ Ġuda, jekk jogħġobkom, iġġudikaw bejni u bejn l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi.+  X’jonqosni nagħmlilha lill-​għalqa tad-​dwieli tiegħi li m’għamiltux diġà?+ Għaliex qgħadt nittama li tagħmel l-​għeneb, imma għamlet għeneb salvaġġ?  U issa, jekk jogħġobkom, ħa ngħarrafkom x’se nagħmlilha l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi: Se titneħħa l-​bordura taʼ madwarha,+ u tinħaraq.+ Il-​ħajt tal-​ġebel tagħha se jiġġarraf, u ssir post li jgħaffġu minn fuqu.+  U nagħmilha ħaġa meqruda.+ Ma tinżabarx, u lanqas ma tinħadem bl-​imgħażqa.+ U fiha jikbru l-​għollieq u l-​ħaxix ħażin;+ u nagħti kmand lis-​sħab biex minnu ma tinżilx xita fuqha.+  Għax l-​għalqa tad-​dwieli+ taʼ Ġeħova taʼ l-​armati hi dar Israel, u n-​nies taʼ Ġuda huma l-​art imħawla li kien jgħożż.+ U baqaʼ jittama għal ġudizzju,+ imma, ara, kien hemm il-​ksur tal-​liġi; għas-​sewwa, imma, ara, minflok kien hemm għajat.”+  Gwaj għal dawk li jżidu dar maʼ dar,+ u li jgħaqqdu għalqa m’għalqa sakemm ma jibqax iżjed spazju+ u jkollkom tgħammru waħedkom f’nofs il-​pajjiż!  Smajt b’widnejja lil Ġeħova taʼ l-​armati jaħlef li ħafna djar, għalkemm sbieħ u tajbin, se jsiru oġġett taʼ stagħġib, bla ma ħadd jgħammar fihom.+ 10  Għax anki għaxar fiddiena*+ dwieli se jipproduċu biss bat wieħed,+ u ħomer żerriegħa jipproduċi biss efa waħda.+ 11  Gwaj għal dawk li jqumu kmieni fil-​għodu biex ifittxu x-​xorb li jsakkar,+ u li jdumu fit-​tard fid-​dlam taʼ fil-​għaxija biex jintilfu bl-​inbid!+ 12  U fil-​festi tagħhom+ ikun hemm l-​arpa u l-​istrument tal-​korda, it-​tanburlin u l-​flawt, u l-​inbid; imma lejn l-​attività taʼ Ġeħova ma jħarsux, u xogħol idejh ma rawhx.+ 13  Għalhekk, il-​poplu tiegħi jkollu jmur fl-​eżilju minħabba n-​nuqqas t’għarfien;+ u l-​glorja tagħhom tkun irġiel imġewħin,+ u l-​folla tagħhom tkun niexfa qoxqox bl-​għatx.+ 14  Għalhekk, il-​Qabar* wessaʼ ruħu u fetaħ ħalqu beraħ bla limitu;+ u n-​nobbli f’dik il-​belt, kif ukoll il-​folla tagħha u l-​għagħa tagħha u min jifraħ, żgur jinżlu ġo fih.+ 15  U l-​bniedem jitniżżel, u r-​raġel jitbaxxa, u għajnejn l-​għoljin jitbaxxew ukoll.+ 16  U Ġeħova taʼ l-​armati se jogħla permezz tal-​ġudizzju,+ u l-​Alla l-​veru, il-​Qaddis,+ iqaddes lilu nnifsu permezz tas-​sewwa.+ 17  U l-​ħrief se jirgħu hemmhekk bħallikieku fil-​mergħa tagħhom; u r-​residenti barranin se jieklu fil-​postijiet imħarbtin fejn darba kien hemm l-​annimali magħlufin tajjeb.+ 18  Gwaj għal dawk li jiġbdu l-​iżball bil-​ħbula tan-​nuqqas taʼ verità, u d-​dnub bħallikieku bl-​irbit taʼ mal-​karrijiet;+ 19  dawk li qed jgħidu: “Ħa jiġi malajr xogħlu; ħa jħaffef, sabiex narawh; u ħa jersaq u jseħħ l-​iskop tal-​Qaddis taʼ Israel, sabiex inkunu nafuh!”+ 20  Gwaj għal dawk li qed jgħidu li t-​tajjeb hu ħażin u l-​ħażin hu tajjeb,+ dawk li qed jibdlu d-​dlam mad-​dawl u d-​dawl mad-​dlam, dawk li qed jibdlu l-​morr mal-​ħelu u l-​ħelu mal-​morr!+ 21  Gwaj għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom stess u għaqlin f’wiċċhom stess!+ 22  Gwaj għal dawk li huma setgħanin biex jixorbu l-​inbid, u għall-​irġiel li huma mimlijin enerġija biex iħalltu x-​xorb li jsakkar,+ 23  dawk li qed jiddikjaraw lill-​ħażin ġust minħabba t-​tixħim,+ u li lill-​ġust jiħdulu l-​ġustizzja minnu!+ 24  Għalhekk, bħalma lsien tan-​nar jiblaʼ t-​tiben*+ u l-​ħaxix niexef jintilef fil-​fjammi, iz-​zokk t’għeruqhom isir jinten bħall-​moffa,+ u l-​inwar tagħhom isir bħat-​trab, għax irrifjutaw il-​liġi taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,+ u wrew nuqqas taʼ rispett għal dak li qal il-​Qaddis taʼ Israel.+ 25  Huwa għalhekk li r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra n-​nies tiegħu, u se jmidd idu kontrihom u jolqothom.+ U l-​muntanji jitheżżu,+ u l-​iġsma mejtin tagħhom isiru bħaż-​żibel f’nofs it-​toroq.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra. 26  U għolla arblu bħala sinjal għal ġens kbir ’il bogħod,+ u saffar lil dak li qiegħed f’tarf l-​art;+ u, ara, dan se jiġi malajr bil-​ħeffa.+ 27  Ħadd minnhom m’hu għajjien jew qed jitfixkel. Ħadd ma qabdu n-​ngħas u ħadd m’hu rieqed. U ċ-​ċinturin madwar ġenbejhom ma jinfetaħx, u lanqas il-​qfieli tas-​sandli tagħhom ma jinqatgħu fi tnejn; 28  għax il-​vleġeġ tagħhom misnunin u l-​qwas tagħhom milwijin.+ Difrejn iż-​żwiemel tagħhom qishom żnied,+ u r-​roti tagħhom bħal riħ taʼ tempesta.+ 29  L-għajat tagħhom hu bħal dak taʼ ljun, u jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom.+ U jgergru u jaħtfu l-​priża u jġorruha f’post fiż-​żgur, u ma jkun hemm ebda ħellies.+ 30  U dakinhar jgħajtu għaliha bħall-​għajat tal-​baħar.+ U wieħed jiċċassa lejn il-​pajjiż, u hemmhekk jara dlam li jnikket;+ u anki d-​dawl iddallam minħabba l-​qtar li nieżel fuqu.

Noti taʼ taħt

Il-kelma hawnhekk tradotta ‘fiddien’ tirreferi għall-​kejl taʼ biċċa rabaʼ li żewġ barrin jistgħu jaħartu f’jum wieħed.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.