Isaija 49:1-26

49  Isimgħuni, O gżejjer,+ u oqogħdu attenti, ġnus ’il bogħod.+ Ġeħova nnifsu sejjaħli+ meta kont fiż-​żaqq.+ Mill-​ġewwieni t’ommi semma ismi.+  U għamilli fommi bħal sejf jaqtaʼ.+ Fid-​dell+ taʼ idu ħbieni.+ U bil-​mod il-​mod għamilni vleġġa misnuna. Żammni mistur fil-​barżakka tal-​vleġeġ tiegħu.  U qalli: “Int il-​qaddej tiegħi, O Israel,+ int dak li bih nuri sbuħiti.”+  Imma jien għedt: “Għalxejn tħabatt.+ Il-​qawwa tiegħi użajtha għal xi ħaġa mhix reali u għall-​frugħa.+ Tassew, il-​ġudizzju tiegħi hu f’idejn Ġeħova,+ u l-​ħlas tiegħi f’idejn Alla tiegħi.”+  U issa Ġeħova, Dak li fformani fiż-​żaqq bħala qaddej tiegħu,+ qalli biex inġiblu lura lil Ġakobb,+ sabiex Israel jinġabar għandu.+ U jien inkun glorifikat f’għajnejn Ġeħova, u Alla tiegħi jkun sar is-​saħħa tiegħi.  U qal: “Ma kinitx ħaġa żgħira wisq għalik li tkun il-​qaddej tiegħi biex tqajjem it-​tribujiet taʼ Ġakobb u ġġib lura l-​imħarsin taʼ Israel;+ jien għamiltek ukoll bħala dawl tal-​ġnus,+ sabiex is-​salvazzjoni tiegħi tkun tistaʼ tasal sa tarf l-​art.”+  Hekk qal Ġeħova, Dak li xtara lura lil Israel,+ il-​Qaddis tiegħu, lil dak li hu mistmerr għalkollox,+ lil dak mistkerrah mill-​ġens,+ lill-​qaddej tal-​ħakkiema:+ “Is-​slaten infushom se jaraw u jqumu,+ u l-​prinċpijiet ukoll, u se jmilu, minħabba Ġeħova, li juri fedeltà,+ il-​Qaddis taʼ Israel, li jagħżel lilek.”+  Hekk qal Ġeħova: “Fi żmien t’approvazzjoni jien wiġibtek,+ u f’jum taʼ salvazzjoni għentek;+ u bqajt inħarsek sabiex inkun nistaʼ nagħtik bħala patt għan-​nies,+ biex l-​art terġaʼ tiġi għal li kienet,+ biex kwalunkwe wirt abbandunat jerġaʼ jsir taʼ min kien,+  biex ngħid lill-​priġunieri,+ ‘Oħorġu!’+ lil dawk li huma fid-​dlam,+ ‘Uru ruħkom!’+ Ħdejn it-​toroq se jirgħu, u l-​mergħa tagħhom se tkun f’kull passaġġ.+ 10  Ma jiħodhomx il-​ġuħ,+ u lanqas jaqbadhom l-​għatx,+ ma jintlaqtux mis-​sħana tikwi jew mix-​xemx.+ Għax Dak li jitħassarhom se jmexxihom,+ u jiħodhom ħdejn in-​nixxigħat taʼ l-​ilma.+ 11  U l-​muntanji tiegħi kollha nagħmilhom triq, u t-​toroq ewlenin tiegħi se jkunu f’post fl-​għoli.+ 12  Ara! Dawn saħansitra jiġu mill-​bogħod,+ u, ara, dawn mit-​tramuntana+ u mill-​punent,+ u dawn mill-​art taʼ Sinim.” 13  Għajtu għajta ferriħija, smewwiet,+ u ifraħ, art.+ Ħa jithennew il-​muntanji b’għajat ferrieħi.+ Għax Ġeħova farraġ lill-​poplu tiegħu,+ u qed juri li jitħassar lin-​nies tiegħu li qed isofru.+ 14  Imma Sijon baqgħet tgħid: “Ġeħova telaqni,+ u Ġeħova nsieni.”+ 15  Tistaʼ mara tinsa lit-​tarbija tagħha tal-​ħalib biex ma titħassarx lil bin żaqqha?+ Anki dawn in-​nisa jistgħu jinsew,+ iżda jien ma ninsiekx.+ 16  Ara! Fuq il-​pali taʼ idejja naqqaxtek.+ Il-​ħitan tiegħek huma quddiemi l-​ħin kollu.+ 17  Uliedek għaġġlu. Dawk li ġarrfuk u ħarbtuk se jitilqu minnek. 18  Erfaʼ għajnejk madwarek u ħares. Ilkoll ġew miġburin flimkien.+ Ġew għandek. “Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova,+ “int se tilbishom kollha bħallikieku ornamenti, u se torbothom miegħek qisek għarusa.+ 19  Għalkemm il-​postijiet tiegħek imħarbtin u l-​postijiet tiegħek abbandunati u l-​art tiegħek rovinata,+ għalkemm issa marsusa wisq biex l-​abitanti jgħammru fik, u dawk li belgħuk huma ’l bogħod,+ 20  madankollu se tismaʼ lill-​ulied li tkun ksibt wara li tlift lill-​oħrajn+ jgħidulek, ‘Il-​post sar wisq marsus għalija.+ Agħmilli l-​wisaʼ, sabiex inkun nistaʼ ngħammar.’+ 21  U int ċertament li tgħid f’qalbek, ‘Min kien il-​missier li nissilli lil dawn, ladarba jien mara li tilfet lil uliedha u ma jistax ikollha tfal, li ttieħdet fl-​eżilju bħala priġuniera?+ U lil dawn min rabbiehom?+ Ara! Jien kont bqajt waħdi.+ Dawn—fejn kienu?’”+ 22  Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Se nerfaʼ idi lejn il-​ġnus,+ u ngħolli s-​sinjal tiegħi lejn il-​popli.+ U huma jġibu lil uliedek subien fi ħdanhom, u jġorru lil uliedek bniet fuq spallithom.+ 23  U s-​slaten ikunu dawk li jieħdu ħsiebek,+ u l-​prinċipessi tagħhom ikunu għalik dawk li jreddgħu. Se jmilu quddiemek b’wiċċhom maʼ l-​art,+ u se jilagħqu t-​trab taʼ saqajk;+ u int se jkollok tkun taf li jien Ġeħova, li min jittama fija ma jkollux għalfejn jistħi.”+ 24  Jistgħu l-​maqbudin jittieħdu mingħand raġel setgħan,+ jew jistgħu l-​imjassrin taħt id it-​tirann jaħarbu?+ 25  Imma hekk qal Ġeħova: “Saħansitra l-​imjassrin tar-​raġel setgħan se jittieħdu,+ u dawk li diġà nqabdu mit-​tirann innifsu se jaħarbu.+ U jien niġġieled maʼ min jiġġieled miegħek,+ u nsalvalek lil uliedek.+ 26  U lil dawk li jittrattawk ħażin inġegħelhom jieklu laħamhom stess; u se jiskru b’demmhom bħallikieku bi nbid ħelu. U l-​bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ jien is-​Salvatur tiegħek+ u Dak li xtrak lura,+ l-​Alla l-​Qawwi taʼ Ġakobb.”+

Noti taʼ taħt