Isaija 47:1-15

47  Inżel u poġġi bil-​qiegħda fit-​trab,+ O verġni, bint Babilonja.+ Poġġi maʼ l-​art fejn m’hemmx tron,+ O bint il-​Kaldin.+ Għax m’intix se terġaʼ tesperjenza li n-​nies isejħulek delikata u mfissda.+  Ħu mitħna taʼ l-​idejn+ u itħan id-​dqiq. Neħħi l-​velu tiegħek.+ Inżaʼ d-​dublett wiesaʼ tiegħek.+ Ikxef riġlek.+ Aqsam ix-​xmajjar.  Trid tikxef l-​għera tiegħek.+ U l-​għajb tiegħek irid jidher.+ Se nagħmel vendetta,+ u ma nuri ħniena maʼ ħadd.  “Hemm Dak li jixtrina lura.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu,+ il-​Qaddis taʼ Israel.”+  Poġġi bil-​qiegħda kwieta+ u mur fid-​dlam,+ O bint il-​Kaldin;+ għax m’intix se terġaʼ tesperjenza li n-​nies isejħulek is-​Sinjura+ tas-​Saltniet.+  Jien għadabt għall-​poplu tiegħi.+ Kasbart il-​wirt tiegħi,+ u tajthom f’idejk.+ Int ma wrejthom ebda ħniena.+ Il-​madmad tiegħek fuq ix-​xiħ għamiltu tqil ferm.+  U għedt: “Se nkun is-​Sinjura għal żmien indefinit,+ għal dejjem.” Ma daħħalthomx f’qalbek dawn l-​affarijiet; ma ftakartx fit-​tmiem tal-​kwistjoni.+  U issa ismaʼ dan, ja mara mogħtija għall-​pjaċiri, dik li tpoġġi bil-​qiegħda fis-​sigurtà,+ dik li tgħid f’qalbha: “Jien il-​waħda, u m’hemm ħadd ieħor.+ M’iniex se npoġġi bħala armla, u m’iniex se nkun naf x’jiġifieri li titlef l-​ulied.”+  Imma dawn iż-​żewġ affarijiet jiġu fuqek f’daqqa, f’jum wieħed:+ titlef lil uliedek u ssir armla. Iridu jiġu fuqek bis-​sħiħ,+ minħabba l-​kotra taʼ sħarijietek, is-​setgħa kbira taʼ kull magħmul li tagħmel bla rażan.+ 10  U bqajt tafda fil-​ħażen tiegħek.+ Għedt: “Ħadd m’hu jarani.”+ L-​għerf u l-​għarfien tiegħek+—dan żvijak; u tibqaʼ tgħid f’qalbek: “Jien biss u m’hemm ħadd ħliefi.” 11  U l-​gwaj irid jiġi fuqek; ma se tkun taf l-​ebda seħer kontrih. U l-​għawġ se jaqaʼ fuqek;+ u ma tkunx tistaʼ tbiegħdu. U f’daqqa waħda+ tiġi fuqek rovina li m’intix midħla tagħha. 12  Ieqaf fejn int, issa, bil-​magħmul u s-​sħarijiet kotrana tiegħek,+ li ilek titħabat fihom minn żgħożitek; sabiex forsi tkun tistaʼ tibbenefika, sabiex forsi tkun tistaʼ tbeżżaʼ lin-​nies. 13  Int għejejt daqskemm għandek min jagħtik pariri. Ħa jqumu, issa, u jsalvawk, dawk li jqimu s-​smewwiet, dawk li jħarsu lejn il-​kwiekeb,+ dawk li mill-​qmura ġodda jagħtu l-​għarfien dwar x’se jiġrilek. 14  Ara! Saru bħat-​tiben.*+ Se jaħraqhom in-​nar.+ Mhux se jeħilsu ruħhom+ mill-​qawwa tal-​fjamma.+ Ma se jkun hemm ebda ġamar jixgħel biex bih jisħnu n-​nies, l-​ebda dawl taʼ ħuġġieġa biex wieħed joqgħod bil-​qiegħda quddiemu. 15  Hekk se jsiru għalik, dawk li tħabatt magħhom bħala s-​sħaħar tiegħek+ minn żgħożitek. Se jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn, kull wieħed lejn ir-​reġjun tiegħu. Ma se jkun hemm ħadd biex isalvak.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.