Isaija 46:1-13

46  Bel+ intlewa,+ Nebo tgħawweġ; l-​idoli tagħhom+ saru tal-​bhejjem salvaġġi u taʼ l-​annimali domestiċi, it-​tagħbijiet tagħhom, is-​soror tagħhom, toqol għall-​annimali għajjenin.  Iridu jitgħawġu; ilkoll iridu jintlewew; ma jistgħux jipprovdu ħelsien+ għall-​idoli tagħhom li jinġarru bħala toqol, imma huma stess imorru fil-​jasar.+  “Ismagħni, O dar Ġakobb, u intom ilkoll li fadal minn dar Israel,+ intom li qandiltkom minn meta kontu fiż-​żaqq, dawk li ġarrejt sa mill-​ġuf.+  Jien nibqaʼ l-​istess Wieħed anki meta tixjieħu;+ anki meta xagħarkom isir griż nibqaʼ nqandilkom.+ Jien naġixxi,+ sabiex inġorr u nqandel u nipprovdi ħelsien.+  “ Maʼ min se xxebbhuni+ jew tagħmluni ugwali jew tqabbluni sabiex inkunu nixxiebhu?+  Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-​borża tal-​flus, u jiżnu l-​fidda bil-​lasta tal-​miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-​metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-​art, iva, imilu.+  Iġorruh fuq l-​ispalla,+ iqandluh u jagħmluh f’postu sabiex joqgħod wieqaf hemmhekk. Ma jiċċaqlaqx minn postu.+ Jekk xi ħadd jgħajjatlu ma jwiġbux; ma jsalvax lil dak li jkun min-​niket tiegħu.+  “Ftakru dan, sabiex tagħmlu kuraġġ. Daħħluh f’qalbkom,+ intom li tiksru l-​liġi.+  Ftakru fl-​ewwel affarijiet taʼ żmien twil ilu,+ li jien id-​Divin+ u m’hemmx Alla ieħor,+ u lanqas ħadd m’hu bħali;+ 10  jien li mill-​bidu ngħid it-​tmiem,+ u minn żmien twil ilu l-​affarijiet li ma sarux;+ li ngħid, ‘L-​iskop tiegħi se jreġi,+ u kulma nitgħaxxaq bih nagħmlu’;+ 11  li qed insejjaħ lil għasfur tal-​priża minn tlugħ ix-​xemx,+ lir-​raġel li se jwettaq l-​iskop tiegħi minn pajjiż ’il bogħod.+ Jien għedtu dan; jien inġiegħlu jseħħ.+ Jien sawwartu, u jien inwettqu.+ 12  “Isimgħuni, intom taʼ qalb stinata,+ intom imbegħdin mis-​sewwa.+ 13  Ressaqt is-​sewwa tiegħi qrib.+ M’huwiex ’il bogħod,+ u s-​salvazzjoni tiegħi m’hijiex ġejja tard.+ U se nagħti s-​salvazzjoni lil Sijon, sbuħiti lil Israel.”+

Noti taʼ taħt