Isaija 45:1-25

45  Hekk qal Ġeħova lill-​midluk tiegħu,+ lil Ċiru, li qbadtlu idu l-​leminija,+ biex irrażżan il-​ġnus quddiemu,+ sabiex inneħħi l-​ħżiem minn maʼ ġenbejn is-​slaten; biex niftaħ quddiemu l-​bibien li jintlewew fi tnejn, sabiex lanqas il-​bibien tal-​belt ma jingħalqu:  “Jien immur qablek,+ u nwitti l-​ħotob taʼ l-​art.+ Il-​bibien tar-​ram aħmar infarrakhom, u l-​istaneg tal-​ħadid inqaċċathom.+  U nagħtik it-​teżori+ fid-​dlam u t-​teżori moħbijin fil-​postijiet misturin, sabiex tkun taf li jien Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li qed insejjaħlek b’ismek.+  Minħabba l-​qaddej tiegħi Ġakobb u Israel il-​magħżul tiegħi,+ jien sejjaħtlek b’ismek; tajtek isem t’unur, għalkemm ma kontx tafni.+  Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+ M’hemm ebda Alla għajri.+ Jien se nħażżmek sew, għalkemm ma kontx tafni,  sabiex in-​nies ikunu jafu minn tlugħ ix-​xemx u minn inżulha li m’hemm ħadd ħliefi.+ Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+  Nifforma d-​dawl+ u noħloq id-​dlam,+ nagħmel il-​paċi+ u noħloq il-​gwaj;+ jien, Ġeħova, qed nagħmel dawn l-​affarijiet kollha.+  “O smewwiet, qattru minn fuq;+ u s-​sema msaħħab ħa jraxxax is-​sewwa.+ Ħa tinfetaħ l-​art, u ħa tagħmel il-​frott tas-​salvazzjoni, u ħa tnibbet is-​sewwa+ fl-​istess ħin. Jien, Ġeħova, ħlaqtha.”+  Gwaj għal min iħaqqaqha maʼ Dak li sawru,+ bħalma biċċa fuħħar tħaqqaqha mal-​biċċiet l-​oħrajn tal-​fuħħar taʼ l-​art! Għandu t-​tafal+ jgħid lil min sawru: “X’int tagħmel?” U l-​prodott tiegħek jgħid: “M’għandux idejn”? 10  Gwaj għal min jgħid lil missier: “Dan x’nissilt?” u lill-​mara: “Dan x’inhu li qed tħoss l-​uġigħ tal-​ħlas għalih?”+ 11  Hekk qal Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel+ u Dak li sawru:+ “Staqsuni dwar l-​affarijiet li ġejjin+ u li għandhom x’jaqsmu maʼ wliedi;+ u agħtuni kmandi dwar għemil+ idejja. 12  Jien għamilt l-​art+ u jien ħlaqt il-​bniedem fuqha.+ Jien, iva, idejja stess firxu s-​smewwiet,+ u jien ikkmandajt l-​armata kollha tagħhom.”+ 13  “Jien stess qajjimt lil xi ħadd bis-​sewwa,+ u niddrittalu triqatu kollha.+ Hu jkun dak li jibni l-​belt tiegħi,+ u jħalli lill-​eżiljati tiegħi jitilqu,+ mhux b’xi ħlas+ jew b’xi tixħim,” qal Ġeħova taʼ l-​armati. 14  Hekk qal Ġeħova: “Il-​ħaddiema mhux imħallsin taʼ l-​Eġittu+ u l-​merkanti taʼ l-​Etjopja u s-​Sabegħanin,+ irġiel twal,+ se jiġu għandek, u jsiru tiegħek.+ Warajk jimxu; fl-​irbit+ ġejjin, u se jmilu quddiemek.+ Lilek se jitolbu, billi jgħidu, ‘Tabilħaqq, Alla qiegħed f’unjoni miegħek,+ u m’hemm ħadd ieħor; m’hemmx Alla ieħor.’”+ 15  Tassew, int Alla li qed iżżomm ruħek moħbi,+ l-​Alla taʼ Israel, Salvatur.+ 16  Se jistħu u jkunu umiljati, ilkoll kemm huma. Dawk li jaħdmu l-​idoli se jkollhom jimxu flimkien b’umiljazzjoni.+ 17  Imma Israel se jiġi salvat, għax hu f’unjoni maʼ Ġeħova,+ b’salvazzjoni għal żminijiet indefiniti.+ Intom m’intomx se tistħu,+ u lanqas ma se tkunu umiljati+ għaż-​żminijiet indefiniti taʼ l-​eternità. 18  Għax hekk qal Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​smewwiet,+ Hu l-​Alla l-​veru,+ Dak li sawwar l-​art u li għamilha,+ Hu li stabbiliha fis-​sod,+ li ma ħalaqhiex sempliċement għalxejn, li sawwarha biex tkun abitata:+ “Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+ 19  Ma tkellimtx f’post mistur,+ f’post mudlam taʼ l-​art; u lanqas m’għedt lil nisel Ġakobb, ‘Fittxuni għalxejn.’+ Jien Ġeħova, li nitkellem dak li hu sewwa, ngħid dak li hu rett.+ 20  “Inġabru u ejjew.+ Intom li ħrabtu mill-​ġnus,+ ersqu viċin xulxin. Dawk li qed iġorru l-​injam tax-​xbieha skolpita tagħhom ma ħadux għarfien, u lanqas dawk li jitolbu lil alla li ma jistaʼ jsalva lil ħadd.+ 21  Irrapportaw u ppreżentaw il-​każ tagħkom.+ Iva, ħa jikkonsultaw flimkien f’unità. Min semmaʼ dan minn żmien twil ilu?+ Min irrapportah minn dak iż-​żmien?+ Mhux jien, Ġeħova, li ħliefi m’hemmx Alla ieħor;+ Alla ġust u Salvatur,+ li m’hemm ħadd ieħor għajri?+ 22  “Duru lejja u salvaw,+ intom ilkoll fi truf l-​art; għax jien Alla, u m’hemm ħadd ieħor.+ 23  Bija nnifsi ħlift+—minn fommi stess ħarġet il-​kelma bis-​sewwa,+ biex ma terġax lura+—li kull irkoppa tintlewa quddiemi,+ kull ilsien se jaħlifli,+ 24  billi jgħid, ‘Żgur li f’Ġeħova hemm is-​sewwa sħiħ u s-​saħħa.+ Dawk kollha li jitbaqbqu kontrih se jiġu dritt għandu u se jistħu.+ 25  Minħabba Ġeħova dawk kollha min-​nisel+ taʼ Israel se jkunu fis-​sewwa+ u se jiftaħru.’”+

Noti taʼ taħt