Isaija 44:1-28

44  “U issa ismaʼ, O Ġakobb qaddej tiegħi,+ u int, O Israel, li jien għażilt.+  Hekk qal Ġeħova, Dak li għamlek+ u li sawrek,+ li kompla jgħinek sa minn ġoż-​żaqq,+ ‘Tibżax,+ O qaddej tiegħi Ġakobb, u int, Ġesurun,*+ li jien għażilt.  Għax jien se nferraʼ l-​ilma fuq l-​għatxan,+ u n-​nixxigħat fuq il-​post niexef.+ Se nferraʼ l-​ispirtu tiegħi fuq nislek,+ u l-​barka tiegħi fuq id-​dixxendenti tiegħek.  U jinbtu bħallikieku qalb il-​ħaxix aħdar,+ bħas-​siġar tal-​luq+ ħdejn il-​ġwiebi taʼ l-​ilma.  Wieħed se jgħid: “Jien taʼ Ġeħova.”+ U l-​ieħor se jsejjaħ lilu nnifsu bl-​isem taʼ Ġakobb,+ u ieħor se jikteb fuq idu: “Taʼ Ġeħova.” U jkun hemm min isemmi lilu nnifsu b’isem Israel.’+  “Hekk qal Ġeħova, is-​Sultan taʼ Israel+ u Dak li xtrah lura,+ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Jien l-​ewwel u jien l-​aħħar,+ u m’hemm ebda Alla ħliefi.+  U min hemm bħali?+ Ħa jsejjaħ, ħa jgħid u jippreżenta l-​evidenza tiegħu lili.+ Bħalma għamilt jien mindu ħtart il-​poplu taʼ żmien twil ilu,+ ħa jgħidu huma min-​naħa tagħhom l-​affarijiet li ġejjin kif ukoll l-​affarijiet li se jseħħu ’l quddiem.  Titwerwrux u tibqgħux imbellhin.+ Jien mhux minn dak iż-​żmien ilni nġegħelkom tisimgħu wieħed wieħed u ngħidilkom b’dan?+ U intom ix-​xhieda tiegħi.+ Jeżisti xi Alla ħliefi?+ Le, m’hemm l-​ebda Blata.+ Ma naf bl-​ebda wieħed.’”  Dawk kollha li sawru x-​xbieha skolpita huma ħaġa mhix reali,+ u l-​għeżież tagħhom ma se jkunu t’ebda benefiċċju,+ u bħala xhieda tagħhom ma jaraw xejn u ma jafu xejn,+ sabiex huma jistħu.+ 10  Min sawwar alla jew sawwab il-​metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha?+ Ma kienu assolutament t’ebda benefiċċju.+ 11  Ara! Sħabu kollha se jistħu,+ u n-​nies tas-​sengħa huma biss bnedmin. Ilkoll se jinġabru flimkien.+ Se jieqfu. Se jitwerwru. Se jistħu flimkien.+ 12  U min jonqox il-​ħadid bl-​għodda* tiegħu għandu ħafna x’jagħmlilha bil-​ġamar; u jifformaha bl-​imrietel; u għandu ħafna x’jagħmlilha bid-​driegħ qawwi tiegħu.+ U qabdu l-​ġuħ, u naqsitu l-​qawwa. Ma xorobx, u għalhekk għeja. 13  U min jonqox l-​injam fetaħ il-​ħabel tal-​kejl; u jimmarkaha bil-​ġibs aħmar; u jaħdimha bil-​furmatur; u jkompli jimmarkaha bil-​kumpass, u bil-​mod il-​mod jagħmilha tixbah lil raġel,+ lis-​sbuħija tal-​bniedem, biex toqgħod f’dar.+ 14  Hemm wieħed li xogħlu hu li jaqtaʼ ċ-​ċedri; u jagħżel ċerta speċi taʼ siġra, siġra immensa, u jħalliha tikber b’saħħitha fost is-​siġar tal-​foresta.+ Hu ħawwel is-​siġra tar-​rand, u x-​xita qawwija tkabbarha. 15  U saret xi ħaġa biex il-​bniedem iżomm in-​nar jaqbad. Għalhekk, jieħu parti minnha sabiex isaħħan lilu nnifsu. Fil-​fatt, jagħmel ħuġġieġa u jaħmi l-​ħobż. U wkoll, jaħdem alla sabiex imil quddiemu.+ Għamilha fi xbieha skolpita,+ u jinxteħet fl-​art quddiemha. 16  Nofsha jaħraqha fin-​nar. Fuq nofsha jixwi l-​laħam li jiekol, u jixbaʼ. U jissaħħan u jgħid: “Ah! Issaħħant. Rajt id-​dawl taʼ ħuġġieġa.” 17  Imma dak li jibqaʼ minnha jagħmlu alla, ix-​xbieha skolpita tiegħu. Jinxteħet fl-​art quddiemha u jmil u jitlobha u jgħid: “Eħlisni, għax int alla tiegħi.”+ 18  Ma jafux,+ u ma jifhmux,+ għax għajnejhom imżellġin u ma jarawx,+ u qalbhom ukoll u m’għandhiex dehen.+ 19  U ħadd ma jiftakar b’qalbu+ jew għandu l-​għarfien jew l-​abbiltà li jifhem,+ u jgħid: “Nofsha ħraqtha fin-​nar, u fuq il-​ġamar tagħha ħmejt il-​ħobż; nixwi l-​laħam u niekol. Imma issa dak li baqaʼ minnha se nagħmlu f’xi ħaġa mistkerrha?+ Se ninxteħet fl-​art quddiem l-​injam niexef taʼ siġra?” 20  Hu qed jiekol l-​irmied.+ Qalbu l-​imqarrqa żvijatu.+ U ma jeħlisx ruħu, u lanqas jgħid: “F’idi l-​leminija mhux gidba għandi?”+ 21  “Ftakar dawn l-​affarijiet, O Ġakobb,+ u int, O Israel, għax int il-​qaddej tiegħi.+ Jien sawwartek.+ Int qaddej tiegħi. O Israel, jien ma ninsiekx.+ 22  Se nħassar il-​ksur tal-​liġi tiegħek bħal bi sħaba,+ u dnubietek bħal bi sħab oħxon. Erġaʼ lura lejja,+ għax jien nixtrik lura.+ 23  “Għajtu bil-​ferħ, smewwiet,+ għax Ġeħova ħa azzjoni!+ Għajtu bil-​ferħ taʼ rebħa,+ postijiet l-​iktar baxxi taʼ l-​art!+ Ifirħu, muntanji,+ b’għajat ferrieħi, foresta u intom is-​siġar kollha li fiha! Għax Ġeħova xtara lura lil Ġakobb, u fuq Israel qed juri sbuħitu.”+ 24  Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura+ u li sawrek minn ġoż-​żaqq: “Jien, Ġeħova, qed nagħmel kollox, nifrex is-​smewwiet+ waħdi, immidd l-​art.+ Min kien hemm miegħi? 25  Jien se nfixkel is-​sinjali taʼ min ipaċpaċ fil-​vojt, u noħroġ taʼ miġnun lil min jeħber;+ jien Hu li rreġġaʼ lura lill-​għorrief, u li nbiddel l-​għarfien tagħhom fi bluha;+ 26  li nagħmel il-​kelma tal-​qaddej tiegħi sseħħ, u li nwettaq kompletament dak li jxandru l-​messaġġiera tiegħi;+ li ngħid dwar Ġerusalemm, ‘Se tkun mgħammra,’+ u dwar il-​bliet taʼ Ġuda, ‘Se jinbnew mill-​ġdid,+ u jien intellaʼ l-​postijiet abbandunati tagħha’;+ 27  li ngħid lill-​ilmijiet fondi, ‘Evaporaw; u se nnixxef ix-​xmajjar kollha tagħkom’;+ 28  li ngħid dwar Ċiru,+ ‘Hu r-​ragħaj tiegħi, u kulma nitgħaxxaq bih hu se jwettqu kompletament’;+ anki dak li għedt dwar Ġerusalemm, ‘Se tinbena mill-​ġdid,’ u dwar it-​tempju, ‘Il-​pedament tiegħek se jitqiegħed.’”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ir-​Rett,” titlu onorarju għal Israel.
Jew, “bir-​ronka.”