Isaija 42:1-25

42  Ara! Il-​qaddej tiegħi,+ li nżommu sod!+ Il-​magħżul tiegħi,+ li ruħi approvat!+ Jien qegħedt l-​ispirtu tiegħi fih.+ Se juri l-​ġustizzja lill-​ġnus.+  Ma jgħajjatx jew jgħolli leħnu, u ma jsemmax leħnu fit-​triq.+  Qasba miksura ma jaqsamhiex;+ ftila tal-​kittien tnemnem ma jitfihiex. Hu se juri l-​ġustizzja bil-​verità.+  Hu ma jegħjiex jew jitfarrak sakemm iġib il-​ġustizzja fuq l-​art;+ u l-​gżejjer jibqgħu jistennew għal-​liġi tiegħu.+  Hekk qal l-​Alla l-​veru, Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​smewwiet+ u l-​Wieħed Grandjuż li jifrixhom;+ Dak li medd l-​art+ u l-​prodott tagħha,+ li ta n-​nifs+ lin-​nies taʼ fuqha,+ u l-​ispirtu lil dawk li jimxu fiha:+  “Jien, Ġeħova, aġixxejt bis-​sewwa+ u sejjaħtlek, u qbadtlek idek.+ U se nħarsek u nagħtik bħala patt għan-​nies,+ bħala dawl għall-​ġnus,+  biex tiftaħ l-​għajnejn għomja,+ biex toħroġ mill-​kalzri lill-​ħabsi,+ mill-​ħabs lil dawk bil-​qiegħda fid-​dlam.+  “Jien Ġeħova. Dak hu ismi;+ u lil ħadd iktar ma nagħti l-​glorja tiegħi,+ lanqas it-​tifħir tiegħi+ lix-​xbihat minquxin.+  “L-​ewwel affarijiet—ara, ġew,+ imma jien ngħidilkom affarijiet ġodda. Qabel ifiġġu, jien insemmagħhomlkom.”+ 10  Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+ it-​tifħir tiegħu minn tarf l-​art,+ intom li l-​għajxien tagħkom hu mill-​baħar+ u minn kulma hemm fih, intom il-​gżejjer u dawk li toqogħdu fihom.+ 11  Ħa jgħollu leħinhom ix-​xagħri+ u l-​bliet tiegħu, u l-​irħula fejn joqgħod Kedar.+ Ħa jgħajtu bil-​ferħ dawk li jgħammru fil-​blat għoli.+ Minn fuq il-​qċaċet tal-​muntanji, ħa jgħajtu kemm jifilħu n-​nies. 12  Ħa jagħtu glorja lil Ġeħova,+ u ħa jfaħħruh fil-​gżejjer.+ 13  Ġeħova se joħroġ bħal raġel setgħan.+ Bħal gwerrier se jqanqal iż-​żelu tiegħu.+ Se jgħajjat, iva, se jsemmaʼ għajta tal-​gwerra;+ se juri li hu iktar setgħan mill-​għedewwa tiegħu.+ 14  “Jien qgħadt kwiet għal ħafna żmien.+ Bqajt sieket.+ Rażżant lili nnifsi.+ Bħal mara li qed tiled se nokrob, nilheġ, u nieħu nifsijiet fl-​istess ħin.+ 15  Se nħarbat+ il-​muntanji u l-​għoljiet, u nnixxef il-​ħaxix kollu tagħhom. U nibdel ix-​xmajjar fi gżejjer, u nnixxef l-​għadajjar mimlijin qasab.+ 16  U mmexxi lill-​għomja fi triq li ma jafuhiex;+ minn triq li ma jafuhiex ngħaddihom.+ Se nibdel il-​post mudlam quddiemhom f’dawl,+ u l-​art imħarbta f’wita.+ Dawn huma l-​affarijiet li se nagħmlilhom, u m’iniex se nitlaqhom.”+ 17  Iridu jitreġġgħu lura, se jistħu ħafna, dawk li qed jafdaw fix-​xbieha skolpita,+ dawk li qed jgħidu lil xbieha magħmula minn metall imdewweb: “Intom l-​allat tagħna.”+ 18  Isimgħu, ja torox; u ħarsu ħa taraw, ja għomja.+ 19  Min hu agħma, jekk mhux il-​qaddej tiegħi, u min hu trux bħall-​messaġġier tiegħi li jien nibgħat? Min hu agħma bħal min hu mħallas, jew agħma bħall-​qaddej taʼ Ġeħova?+ 20  Int rajt ħafna affarijiet, imma ma bqajtx tħares.+ Ftaħt widnejk, imma ma bqajtx tismaʼ.+ 21  Minħabba s-​sewwa tiegħu+ Ġeħova għoġbu jkabbar il-​liġi+ u jagħmilha maestuża. 22  Imma dan poplu misruq u maħtuf,+ ilkoll maqbudin fil-​ħofor, u nżammu moħbijin fil-​ħabsijiet.+ Insterqu mingħajr xi ħadd biex jeħlishom,+ inħatfu mingħajr xi ħadd li jgħid: “Agħtihomli lura!” 23  Min fostkom se jagħti widen għal dan? Min se jagħti kas u jismaʼ għaż-​żmien li ġej?+ 24  Min ta lil Ġakobb biex jinħataf, u lil Israel biex jinsteraq? Mhux Ġeħova, li dnibna kontrih, u li triqatu huma ma ridux jimxu fihom u li l-​liġi tiegħu ma ridux jisimgħu minnha?+ 25  Għalhekk, Hu baqaʼ jsawwab fuq Israel il-​korla tiegħu, ir-​rabja tiegħu, u s-​saħħa tal-​gwerra.+ U din għalqitu dawramejt u ħarqitu,+ imma ma tax kas;+ u kompliet tħeġġeġ kontrih, imma ma daħħal xejn f’qalbu.+

Noti taʼ taħt