Isaija 41:1-29

41  “Agħtuni l-​attenzjoni fis-​skiet, intom il-​gżejjer;+ u ħalli l-​popli+ jerġgħu jsibu l-​qawwa. Ħa jersqu+ u mbagħad jitkellmu. Ħa nersqu qrib xulxin għall-​ġudizzju.+  “Min qajjem lil xi ħadd minn tlugħ ix-​xemx?+ Min sejjaħlu bis-​sewwa biex jersaq Lejh,* biex jagħtih quddiemu l-​ġnus, biex imur irażżan saħansitra lis-​slaten?+ Min tahomlu bħala trab għal sejfu, sabiex jixterdu bħat-​tiben* bil-​qaws tiegħu?+  Min baqaʼ jiġri warajhom, baqaʼ għaddej fil-​paċi bil-​mixi mill-​mogħdija li ma ġiex minnha?  Min ħa azzjoni+ u għamel dan, u sejjaħ lill-​ġenerazzjonijiet waħda wara l-​oħra sa mill-​bidu taż-​żminijiet?+ “Jien, Ġeħova, l-​Ewwel Wieħed;+ u nibqaʼ l-​istess anki meta jiġu dawk taʼ l-​aħħar.”+  Il-gżejjer+ raw u bdew jibżgħu. It-​truf taʼ l-​art bdew jitriegħdu.+ Resqu u baqgħu ġejjin.  Kull wieħed mar jgħin lil sieħbu, u wieħed qal lil ħuh: “Agħmel il-​ħila.”+  Għalhekk, il-​bniedem tas-​sengħa saħħaħ lill-​ħaddiem fil-​metall;+ dak li jillixxa bil-​martell tal-​forġa saħħaħ lil dak li qed jagħti bil-​mazza fuq l-​inkwina, u jgħidlu: “Tajba s-​saldatura.” Fl-​aħħar, wieħed rabtu bl-​imsiemer sabiex ma jaqax.+  “Imma int, O Israel, int il-​qaddej tiegħi,+ u int, O Ġakobb, il-​wieħed li għażilt,+ in-​nisel t’Abraham+ il-​ħabib tiegħi;+  int, li qbadtek minn truf l-​art,+ u int, li sejjaħtlek mill-​partijiet imbegħdin tagħha.+ U għalhekk għedtlek, ‘Int il-​qaddej tiegħi;+ jien għażiltek,+ u ma ċħadtekx.+ 10  Tibżax, għax jien miegħek.+ Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek.+ Jien inqawwik.+ Jien ngħinek verament.+ Jien inżommok sod tassew b’idi l-​leminija+ tas-​sewwa.’+ 11  “Ara! Kulmin qed jitbaqbaq għalik se jistħi u jkun umiljat.+ L-​irġiel li qed jitlewmu miegħek se jisfaw fix-​xejn u jgħibu.+ 12  Lil dawk l-​irġiel li qed jiġġildulek int għad tfittixhom, imma ma ssibhomx.+ Dawk l-​irġiel li huma fi gwerra miegħek se jsiru bħal xi ħaġa li ma teżistix u li m’hi xejn.+ 13  Għax jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-​leminija+ u ngħidlek, ‘Tibżax.+ Jien stess ngħinek.’+ 14  “Tibżax Ġakobb, daqsxejn taʼ dudu,+ intom nies taʼ Israel.+ Jien stess ngħinek,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, iva, Dak li jixtrik lura,*+ il-​Qaddis taʼ Israel. 15  “Ara! Għamiltek slitta tad-​dris,+ għodda tad-​dris ġdida bi snien taʼ żewġt ixfar. Int tisħaq il-​muntanji u tfarrakhom; u l-​għoljiet iġġibhom bħall-​karfa.+ 16  Int idderrihom,+ u riħ iġorrhom miegħu,+ u riefnu jxerridhom f’postijiet differenti.+ U int tifraħ b’Ġeħova.+ Se tiftaħar bik innifsek minħabba l-​Qaddis taʼ Israel.”+ 17  “Il-​magħkusin u l-​foqra qed ifittxu l-​ilma,+ imma m’hemmx. Bl-​għatx li għandhom,+ ilsienhom nixef.+ Jien, Ġeħova, se nwiġibhom.+ Jien, l-​Alla taʼ Israel, mhux se nitlaqhom.+ 18  Fuq l-​għoljiet għerjin se niftaħ ix-​xmajjar, u n-​nixxigħat f’nofs il-​pjanuri fil-​widien.+ Ix-​xagħri nagħmlu għadira bl-​ilma mimlija qasab, u l-​art bla ilma nagħmilha għejun taʼ l-​ilma.+ 19  Fix-xagħri se nqiegħed iċ-​ċedru, is-​siġra taʼ l-​akaċja u tar-​riħan u taż-​żejt.+ Fil-​pjanura tad-​deżert se nqiegħed is-​siġra tal-​ġnibru, u s-​siġra tal-​fraxxnu u taċ-​ċipress flimkien;+ 20  sabiex in-​nies kollha f’daqqa jaraw u jkunu jafu u jagħtu kas u jkollhom id-​dehen, li id Ġeħova għamlet dan, u l-​Qaddis taʼ Israel ħalaq dan.”+ 21  “Ressqu l-​kawża kontroversjali tagħkom,”+ jgħid Ġeħova. “Ġibu l-​argumenti tagħkom,”+ jgħid is-​Sultan taʼ Ġakobb.+ 22  “Ersqu u għidulna l-​affarijiet li se jiġru. L-​ewwel affarijiet—għidulna x’kienu, sabiex niħduhom bis-​serjetà u nkunu nafu l-​futur tagħhom. Jew semmgħulna l-​affarijiet li ġejjin.+ 23  Għidu l-​affarijiet li ġejjin wara, sabiex inkunu nafu li intom allat.+ Iva, imisskom tagħmlu l-​ġid jew id-​deni, sabiex nistagħġbu u naraw dan flimkien.+ 24  Ara! Intom xi ħaġa li ma teżistix, u ma wettaqtu xejn.+ Kulmin jagħżel lilkom hu ħaġa mistkerrha.+ 25  “Qajjimt lil xi ħadd mit-​tramuntana u dan ġej.+ Minn tlugħ ix-​xemx+ se jsejjaħ ismi. U ġej fuq il-​ħakkiema deputati bħallikieku kienu tafal+ u bħalma fuħħari jgħaffeġ il-​materjal imxarrab. 26  “Min qal xi ħaġa mill-​bidu, sabiex inkunu nafu, jew mill-​passat, sabiex ngħidu, ‘Għandu raġun’?+ Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed jitkellem. Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed isemmaʼ leħnu. Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed jismagħkom tgħidu xi kelma.”+ 27  Jien l-​ewwel wieħed; jien qed ngħid lil Sijon: “Ara! Hawn huma!”+ U lil Ġerusalemm se nagħtiha wieħed li jġib aħbar tajba.+ 28  U bqajt nara, u ma kien hemm ħadd; u ma kien hemm ħadd minnhom li jagħti parir.+ U komplejt nistaqsihom, sabiex iwiġbuni. 29  Ara! Ilkoll huma xi ħaġa li ma teżistix. Xogħol idejhom m’hu xejn. Ix-​xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb huma riħ u m’humiex reali.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “lejn is-​saqajn Tiegħu.”
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “il-​Feddej tiegħek.”