Isaija 40:1-31

40  “Farrġu, farrġu lill-​poplu tiegħi,” jgħid l-​Alla tagħkom.+  “Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha+ u għidulha li s-​servizz militari tagħha twettaq,+ li l-​iżball tagħha tħallas.+ Għax minn id Ġeħova hi qalgħet l-​ammont sħiħ għad-​dnubiet kollha tagħha.”+  Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-​xagħri:+ “Ħejju t-​triq taʼ Ġeħova!+ Iddrittaw it-​triq ewlenija għal Alla minn ġol-​pjanura tad-​deżert.+  Ħa jitgħolla kull wied,+ u titbaxxa kull muntanja u għolja.+ U l-​art bl-​għoljiet titwitta, u l-​art imħarbta ssir pjanura f’wied.+  U l-​glorja taʼ Ġeħova se tintwera,+ u l-​bnedmin kollha se jarawha flimkien,+ għax fomm Ġeħova qalu dan.”+  Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!”+ U wieħed qal: “X’se ngħajjat?” “Il-​bnedmin kollha huma ħaxix aħdar, u l-​qalb tajba bl-​imħabba tagħhom kollha hi bħall-​inwar tar-​rabaʼ.+  Il-ħaxix aħdar nixef, l-​inwar dbiel,+ għax l-​ispirtu taʼ Ġeħova nefaħ fuqu.+ Żgur li n-​nies huma ħaxix aħdar.+  Il-ħaxix aħdar nixef, l-​inwar dbiel;+ imma l-​kelma t’Alla tagħna, din tibqaʼ għal dejjem.”*+  Itlaʼ lejn muntanja għolja,+ O mara li ġġib l-​aħbar tajba għal Sijon.+ Għolli leħnek bis-​saħħa, O mara li ġġib l-​aħbar tajba għal Ġerusalemm.+ Għollih. Tibżax.+ Għid lill-​bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu Alla tagħkom.”+ 10  Ara! Il-​Mulej Sovran Ġeħova ġej bħal wieħed b’saħħtu, u driegħu se jaħkem għalih.+ Ara! Il-​premju tiegħu hu miegħu,+ u l-​ħlas li jagħti qiegħed quddiemu.+ 11  Bħal ragħaj se jirgħa l-​merħla tiegħu.+ Bi driegħu se jiġbor flimkien il-​ħrief;+ u jġorrhom f’ħobbu.+ Lil dawk li jreddgħu jmexxihom b’attenzjoni.+ 12  Min kejjel l-​ilmijiet fil-​pala taʼ idu,+ u ħa l-​qisien tas-​smewwiet b’xiber+ u tefaʼ f’kejla* t-​trab taʼ l-​art,+ jew wiżen il-​muntanji bi strument, u l-​għoljiet fil-​miżien? 13  Min ħa l-​qisien taʼ l-​ispirtu* taʼ Ġeħova, u min jistaʼ jagħtih il-​pariri u jgħarrfu xi ħaġa?+ 14   Maʼ min ikkonsulta biex ikun jistaʼ jfiehmu, jew min jgħallmu l-​mogħdija tal-​ġustizzja, jew jgħallmu l-​għarfien,+ jew jgħarrfu kif għandu jifhem verament?+ 15  Ara! Il-​ġnus huma bħal qatra minn barmil; u tqiesu bħal kisja taʼ trab f’miżien.+ Ara! Hu jgħolli l-​gżejjer+ bħal sempliċi trab fin. 16  Lanqas is-​siġar tal-​Libanu m’huma biżżejjed biex iżommu nar jaqbad, u l-​annimali salvaġġi+ t’hemmhekk m’humiex biżżejjed għal offerta tal-​ħruq.+ 17  Quddiemu l-​ġnus kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix;+ hu jqishom bħax-​xejn u bħal xi ħaġa mhix reali.+ 18   Maʼ min tistgħu xxebbhuh lil Alla,+ u liema ħaġa tistgħu tqabbluha miegħu?+ 19  Il-bniedem tas-​sengħa sawwab il-​metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha,+ u l-​ħaddiem fil-​metall ksieha bid-​deheb,+ u qed isawwar il-​ktajjen tal-​fidda fil-​forġa.+ 20  Hu jagħżel siġra biex jagħtiha bħala kontribuzzjoni, siġra li mhix imħassra.+ U jfittex bniedem tas-​sengħa biex jipprepara xbieha skolpita+ li ma taqax.+ 21  Ma tafux? Ma smajtux? Ma ntqalilkomx mill-​bidunett? Għadkom ma fhimtux dak li sar evidenti minn mindu tqiegħdu s-​sisien taʼ l-​art?+ 22  Hemm Wieħed li jgħammar ’il fuq miċ-​ċirku taʼ l-​art,+ li l-​abitanti tagħha huma bħall-​ġurati li jaqbżu, Hu li qed imidd is-​smewwiet bħal drapp fin, li jifrixhom bħal tinda li jgħammar fiha,+ 23  li qed iġib l-​uffiċjali għoljin fix-​xejn, li lill-​imħallfin taʼ l-​art għamilhom xi ħaġa mhix reali.+ 24  Qatt ma tħawlu; qatt ma nżergħu; iz-​zokk tagħhom qatt ma qabbad l-​għeruq fl-​art.+ U jekk xi ħadd biss jonfħilhom huma jinxfu+ u r-​riefnu jġorrhom bħat-​tiben.*+ 25  “Imma maʼ min tistgħu xxebbhuni sabiex inkun ugwali miegħu?” jgħid il-​Qaddis.+ 26  “Erfgħu għajnejkom fl-​għoli u araw. Min ħalaqhom dawn l-​affarijiet?+ Dak li qed joħroġ l-​armata tal-​kwiekeb bin-​numru tagħhom u jsejħilhom kollha b’isimhom.+ Minħabba l-​abbundanza t’enerġija attiva,+ billi għandu wkoll qawwa enerġetika, lanqas waħda minnhom m’hi nieqsa. 27  “O Ġakobb, għala titkellem, u O Israel, għala tgħid, ‘Triqti hi moħbija minn Ġeħova,+ u l-​ġustizzja li suppost tintwera lejja Alla ma jinnotahiex’?+ 28  Ma tafx jew ma smajtx?+ Ġeħova, il-​Ħallieq taʼ truf l-​art, huwa Alla għal dejjem.+ Ma jegħjiex jew jinfileġ.+ Ħadd ma jistaʼ jifhem x’intelliġenza għandu.+ 29  Qed jagħti l-​qawwa lill-​għajjien;+ u jimla bis-​setgħa lil dak li m’għandux enerġija biex jaġixxi.+ 30  It-tfal se jegħjew kif ukoll jinfilġu, u l-​ġuvintur żgur se jitfixklu, 31  imma dawk li jittamaw+ f’Ġeħova se jiksbu l-​qawwa mill-​ġdid.+ Se jogħlew bil-​ġwienaħ bħall-​ajkli.+ Jiġru u ma jinfilġux; jimxu u ma jegħjewx.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 28 ukoll.
Letteralment, “terz,” minn kejl li mhux magħruf.
Jew, “tal-​moħħ.”
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.