Isaija 4:1-6

4  U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel wieħed,+ u jgħidulu: “Se nieklu ħobżna u nilbsu l-​mantelli tagħna; biss ħa nissejħu b’ismek biex inneħħu t-​tmaqdir minn fuqna.”+  F’dak il-​jum, ir-​rimja+ li Ġeħova jġiegħel li toħroġ tkun għad-​dekorazzjoni u għall-​glorja,+ u l-​frott tal-​pajjiż ikun xi ħaġa taʼ min wieħed ikun kburi bih+ u xi ħaġa sabiħa għal dawk minn Israel li ħarbu.+  U jrid iseħħ li dawk li jifdal f’Sijon u dawk li jibqgħu f’Ġerusalemm se jintqal dwarhom li huma qaddisin għalih,+ kulmin hu miktub għall-​ħajja f’Ġerusalemm.+  Meta Ġeħova jkun ħasel il-​ħmieġ tal-​bniet taʼ Sijon+ u laħlaħ+ it-​tixrid taʼ demm+ taʼ Ġerusalemm minn ġewwa fiha bil-​forza tal-​ġudizzju u bil-​forza li taħraq,+  Ġeħova se joħloq ukoll fuq il-​post stabbilit kollu tal-​Muntanja Sijon+ u fuq il-​post tagħha għall-​konvenzjonijiet sħaba u duħħan bi nhar, u d-​dija taʼ nar+ iħeġġeġ bil-​lejl;+ għax fuq kulma hu glorjuż se jkun hemm il-​kenn.+  U jkun hemm għarix għad-​dell mis-​sħana u n-​nixfa taʼ bi nhar,+ u bħala refuġju u moħba mill-​maltempata u mix-​xita.+

Noti taʼ taħt