Isaija 39:1-8

39  Dak iż-​żmien Merodak-baladan+ bin Baladan is-​sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri u rigal+ lil Ħeżekija, wara li semaʼ li Ħeżekija kien marad imma reġaʼ ħa saħħtu.+  Għalhekk, Ħeżekija feraħ bl-​irġiel u wriehom id-​dar tat-​teżor tiegħu,+ il-​fidda u d-​deheb u ż-​żejt tal-​balzmu+ u ż-​żejt tajjeb u l-​armerija kollha tiegħu+ u kulma kien hemm fit-​teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-​dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+  Imbagħad il-​profeta Isaija mar għand is-​Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-​irġiel u minfejn ġew għandek?” U Ħeżekija qallu: “Ġew għandi minn art imbiegħda, minn Babilonja.”+  U kompla jgħidlu: “X’raw mid-​dar tiegħek?”+ U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-​teżori tiegħi.”  Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija:+ “Ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,  ‘Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.’+ ‘Xejn ma jitħalla,’+ qal Ġeħova.  ‘U xi wħud minn uliedek stess li se joħorġu minnek, u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali tal-​palazz+ fil-​palazz tas-​sultan taʼ Babilonja.’”+  Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-​kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Għax il-​paċi u l-​verità+ se jkomplu fi żmieni.”+

Noti taʼ taħt