Isaija 38:1-22

38  Dak iż-​żmien Ħeżekija marad u kien għoddu miet.+ Għaldaqstant, il-​profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+  Għalhekk, Ħeżekija dar wiċċu mal-​ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+  u jgħid: “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-​verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.” U Ħeżekija beka fuq li beka.+  U l-​kelma+ taʼ Ġeħova issa ġiet għand Isaija, tgħid:  “Mur, u għid lil Ħeżekija, ‘Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ David missierek:+ “Jien smajt it-​talba tiegħek.+ Rajt id-​dmugħ tiegħek.+ Ara, se nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek;+  u lilek u lil din il-​belt neħliskom minn idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja, u niddefendi lil din il-​belt.+  U dan hu s-​sinjal mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq din il-​kelma li qal:+  Ara, id-​dell li kien niżel fuq it-​taraġ t’Aħaż bix-​xemx+ se mmexxih lura għaxar tarġiet.”’”+ U x-​xemx imxiet lura bil-​mod il-​mod għaxar tarġiet fuq it-​taraġ li kienet niżlet.+  Kitba taʼ Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda, meta marad+ u fieq mill-​marda tiegħu.+ 10  Jien għedt: “F’nofs jiemi se ngħaddi minn bibien+ il-​Qabar.*Se niċċaħħad mill-​bqija+ tas-​snin tiegħi.” 11  Għedt: “M’iniex se nara lil Jah, iva, Jah, fl-​art tal-​ħajjin.+M’iniex se nara iżjed lill-​bnedmin—sejjer maʼ dawk li jgħammru fl-​art fejn kollox hu wieqaf. 12  Il-post fejn noqgħod ġie maqlugħ+ u ttieħed minni bħat-​tinda tar-​rgħajja.Kebbibt ħajti bħal wieħed li jinseġ bin-​newl;Ġejt maqtugħ+ bħalma d-​drapp minsuġ jitneħħa minn man-​newl.Minn bi nhar sa bil-​lejl int tibqaʼ terħini.+ 13  Sa fil-​għodu kkalmajt lili nnifsi.+Bħal iljun, hu jibqaʼ jiksirli għadmi kollu;+Minn bi nhar sa bil-​lejl int tibqaʼ terħini.+ 14  Bħar-rundun, il-​bulbul, hekk noqgħod inpespes;+Noqgħod ingorr bħal ħamiema.+Għajnejja ħarsu lejn l-​għoli sakemm infnew+ u għedt:‘O Ġeħova, qed inħossni mtaqqal. Idħol għalija.’+ 15  X’se ngħid, u x’se jgħidli hu?+Hu tkellem kif ukoll aġixxa għalija.+Issa jien se nkompli nimxi bil-​kwiet matul is-​snin kollha tiegħi minħabba l-​imrar taʼ ruħi.+ 16  ‘O Ġeħova, minħabba kliemek in-​nies jibqgħu jgħixu; u bħal kulħadd, l-​ispirtu tiegħi jsib il-​ħajja bih.+U int se terġaʼ tagħtini s-​saħħa u żżommni ħaj.+ 17  Ara! Flok paċi jien ħadt dak li hu morr, iva, morr;+U int intrabatt maʼ ruħi u żammejtha mill-​ħofra tat-​tmermir.+Għax int tfajt dnubieti kollha wara dahrek.+ 18  Għax il-​Qabar ma jistax ifaħħrek;+ il-​mewt ma tistax tagħtik tifħir.+Dawk li neżlin fil-​ħofra ma jistgħux iħarsu bit-​tama lejn il-​fedeltà tiegħek.+ 19  Il-ħaj, il-​ħaj, hu jistaʼ jfaħħrek,+Bħalma nistaʼ jien illum.+Il-​missier jistaʼ jagħti l-​għarfien+ lil uliedu dwar il-​fedeltà tiegħek. 20  O Ġeħova, ejja salvani,+ u aħna ndoqqulek biċċiet tal-​mużika minn tiegħi fuq l-​istrumenti tal-​korda+Għall-​jiem kollha taʼ ħajjitna fid-​dar taʼ Ġeħova.’”+ 21  U Isaija qal: “Ħa jġibu ċappa tin niexef u pressat u jidilkuha fuq il-​musmar,+ sabiex ifiq.”+ 22  Sadanittant, Ħeżekija kien qal: “X’inhu s-​sinjal li juri li se nitlaʼ fid-​dar taʼ Ġeħova?”+

Noti taʼ taħt

Jew, “Nitolbok bil-​ħerqa.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 18 ukoll.