Isaija 37:1-38

37  U ġara li malli s-​Sultan Ħeżekija semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu u libes ilbies taʼ l-​ixkora+ u daħal fid-​dar taʼ Ġeħova.+  Barra minn hekk, hu bagħat lil Eljakim,+ li kien jieħu ħsieb id-​dar, u lil Sebna s-​segretarju+ u lix-​xjuħ fost il-​qassisin+ għand il-​profeta+ Isaija+ bin Għamoż lebsin ilbies taʼ l-​ixkora.  U qalulu: “Hekk qal Ħeżekija, ‘Dan il-​jum huwa jum taʼ niket,+ taʼ ċanfir, u taʼ insolenza bi stmerrija;+ għax l-​ulied waslu f’fomm il-​ġuf, imma m’hemmx saħħa biex jitwieldu.+  Għandu mnejn Ġeħova Alla tiegħek jismaʼ l-​kliem tar-​Rabsake*+ li ntbagħat minn sidu s-​sultan taʼ l-​Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt+ lill-​Alla l-​ħaj, u jitlob kont minnu għall-​kliem li semaʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ U int itlob+ għan-​nom tal-​fdal li għad baqaʼ.’”+  Għalhekk, il-​qaddejja tas-​Sultan Ħeżekija marru għand Isaija.+  U Isaija qalilhom: “Dan għidulu lil sidkom, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Tibżax+ minħabba l-​kliem li smajt u li l-​qaddejja+ tas-​sultan taʼ l-​Assirja maqdruni bih.  Ara, se nqiegħed spirtu+ fih, u hu jismaʼ rapport+ u jmur lura lejn pajjiżu; u nġiegħlu jaqaʼ bis-​sejf f’pajjiżu stess.”’”+  Wara dan, ir-​Rabsake+ semaʼ li s-​sultan taʼ l-​Assirja kien telaq minn Lakis,+ u għalhekk reġaʼ lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.+  U semagħhom jgħidu dwar Tirħaka+ s-​sultan taʼ l-​Etjopja: “Ħareġ jiġġieled kontrik.” Meta semaʼ b’dan, minnufih hu bagħat messaġġiera+ għand Ħeżekija biex jgħidlu: 10  “Hekk għidulu lil Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda, ‘Tħallix lil Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik,+ billi jgħidlek: “Ġerusalemm mhix se tingħata f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 11  Ara! Int stess smajt x’għamlu s-​slaten taʼ l-​Assirja lill-​pajjiżi kollha, kif ħarbtuhom;*+ u taħseb li int se teħlisha?+ 12  Jaqaw ħelsuhom+ l-​allat+ tal-​ġnus li missirijieti għamluhom ħerba, lil Gożan+ u Ħaran+ u Reżef u wlied Għeden+ li kienu f’Tel-assar? 13  Fejn hu s-​sultan taʼ Ħamat+ u s-​sultan t’Arfad+ u s-​sultan tal-​belt taʼ Sefarwajim+—taʼ Ħena u taʼ Iwwa?’”+ 14  Imbagħad Ħeżekija ħa l-​ittra minn id il-​messaġġiera u qraha,+ u Ħeżekija telaʼ lejn id-​dar taʼ Ġeħova u firixha quddiem Ġeħova.+ 15  U Ħeżekija beda jitlob lil Ġeħova+ u jgħid: 16  “O Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini, int waħdek l-​Alla l-​veru tas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ Int għamilt is-​smewwiet u l-​art.+ 17  Mejjel widintek u ismaʼ, O Ġeħova.+ Iftaħ għajnejk+ u ara, O Ġeħova, u ismaʼ l-​kliem kollu li Sennakerib+ bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt lill-​Alla l-​ħaj.+ 18  Huwa fatt, O Ġeħova, li s-​slaten taʼ l-​Assirja ħarbtu l-​artijiet kollha, u lil arthom stess.+ 19  U l-​allat tagħhom ġew mitfugħin fin-​nar,+ għax ma kienu allat xejn+ imma xogħol idejn il-​bniedem,+ injam u ġebel; għalhekk qerduhom.+ 20  U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana minn idejh,+ sabiex is-​saltniet kollha taʼ l-​art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+ 21  U Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Talli tlabtni dwar Sennakerib is-​sultan taʼ l-​Assirja,+ 22  din hi l-​kelma li Ġeħova qal kontrih:“Il-​verġni, bint Sijon, stmerritek, ħaditek biċ-​ċajt.+Minn warajk bint Ġerusalemm xenglet rasha.+ 23  Lil min waqqajt għaċ-​ċajt+ u maqdart?+Kontra min għollejt leħnek+U terfaʼ għajnejk fl-​għoli?+Kontra l-​Qaddis taʼ Israel!+ 24  Bil-qaddejja tiegħek waqqajt għaċ-​ċajt lil Ġeħova u għedt,+‘Bil-​kotra taʼ karrijiet tal-​gwerra li għandi, jien+Jien se nitlaʼ fl-​għoli tal-​muntanji,+L-​iktar partijiet ’il bogħod tal-​Libanu;+U naqtaʼ ċ-​ċedri kbar tiegħu, l-​aħjar siġar tal-​ġnibru tiegħu.+U nidħol fl-​iktar għolja mbiegħda, il-​foresta tas-​siġar tal-​frott tiegħu.+ 25  Inħaffer u nixrob l-​ilmijiet,U nnixxef b’qiegħ saqajja l-​kanali kollha tan-​Nil+ taʼ l-​Eġittu.’+ 26  Ma smajtx?+ Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.+Minn jiem mgħoddija sawwartu dan.+ Issa se nġiegħlu jseħħ.+U ninqeda bik biex il-​bliet fortifikati nagħmilhom gozz rovini abbandunati.+ 27  U l-​abitanti tagħhom se jkollhom idejhom dgħajfin;+Se jibżgħu u jistħu.+Se jiddgħajfu bħall-​ħaxix tar-​rabaʼ u bħall-​ħaxix aħdar tari,+Ħaxix taʼ fuq il-​bjut+ u tar-​rabaʼ mtarraġ fir-​riħ mil-​lvant.+ 28  U jien naf tajjeb+ meta int toqgħod bil-​qiegħda bil-​kwiet u meta toħroġ+ u meta tidħol,U meta tirrabja għalija,+ 29  Għax ir-​rabja li għandek għalija+ u l-​għajat tiegħek waslu f’widnejja.+U se nqiegħed il-​ganċ tiegħi fi mnieħrek u l-​ilġiem tiegħi bejn xofftejk,+U rreġġgħek lura mit-​triq li ġejt minnha.”+ 30  “‘U dan ikun is-​sinjal għalik: Din is-​sena jittiekel dak li jinbet miż-​żerriegħa mxerrda,+ u fit-​tieni sena l-​qmuħ li jinbtu waħedhom; imma fit-​tielet sena iżirgħu ż-​żerriegħa u aħsdu u ħawlu l-​għelieqi bid-​dwieli u kulu frotthom.+ 31  U dawk taʼ dar Ġuda li jeħilsuha, dawk li jifdal,+ se jniżżlu l-​għeruq u jtellgħu l-​frott.+ 32  Għax minn Ġerusalemm se joħroġ fdal,+ u mill-​Muntanja Sijon ikun hemm dawk li jeħilsuha.+ Iż-​żelu nnifsu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel dan.+ 33  “‘Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova dwar is-​sultan taʼ l-​Assirja:+ “Ma jidħolx f’din il-​belt,+ u ebda vleġġa ma jispara hemmhekk, u la jersaq lejha b’tarka u lanqas itellaʼ kontriha rampa għall-​assedju.”’+ 34  “‘Mit-​triq li ġie minnha se jerġaʼ lura, u f’din il-​belt ma jidħolx,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 35  ‘U żgur niddefendi+ din il-​belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-​qaddej tiegħi.’”+ 36  U l-​anġlu+ taʼ Ġeħova ħareġ u qatel mija u ħamsa u tmenin elf ruħ fil-​kamp taʼ l-​Assirjani.+ Meta n-​nies qamu kmieni fil-​għodu, sabuhom ilkoll iġsma mejtin.+ 37  Għaldaqstant, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja rtira mill-​battalja u telaq u mar lura,+ u qagħad Ninwe.+ 38  U ġara li meta kien qed imil fid-​dar taʼ Nisrok+ l-​alla tiegħu,+ Adrammelek u Sareser, uliedu stess, qatluh bis-​sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-​art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsake.”
Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.