Isaija 36:1-22

36  Issa ġara li fis-​sena erbatax tas-​Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ telaʼ kontra l-​bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh.+  U s-​sultan taʼ l-​Assirja fl-​aħħar bagħat lir-​Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm,+ għand is-​Sultan Ħeżekija, b’qawwa militari kbira, u waqaf ħdejn il-​kanal+ taʼ l-​għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-​triq ewlenija li tagħti għall-​għalqa tal-​ħassiel.+  Imbagħad ħarġu jiltaqgħu miegħu Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar, u Sebna+ s-​segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf+ ir-​reġistratur.+  Għaldaqstant, ir-​Rabsake qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-​sultan il-​kbir,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja:+ “X’inhi din il-​fiduċja li fdajt fiha?+  Int għedt (imma bil-​kliem biss), ‘Għandi l-​istrateġija u s-​setgħa għall-​gwerra.’+ Issa f’min fdajt, biex irribellajt kontrija?+  Ara, int fdajt fl-​appoġġ taʼ din il-​qasba mkissra,+ l-​Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-​pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-​Fargħun,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, għal kulmin jafda fih.+  U jekk tgħidli, ‘F’Ġeħova Alla tagħna fdajna,’ mhux tiegħu kienu l-​postijiet għall-​qima*+ u l-​artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-​artal’?”’+  Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-​sultan taʼ l-​Assirja:+ nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-​naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+  Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-​iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-​Eġittu għall-​karrijiet u r-​rikkieba taż-​żwiemel?+ 10  U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-​pajjiż biex nagħmlu ħerba mingħajr l-​awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-​pajjiż, u agħmlu ħerba.’”+ 11  Għal dan, Eljakim+ u Sebna+ u Ġowaħ+ qalu lir-​Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-​qaddejja tiegħek bil-​lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-​lingwa tal-​Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-​nies taʼ fuq is-​sur.”+ 12  Imma r-​Rabsake qal: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-​kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-​irġiel bil-​qiegħda fuq is-​sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess u jixorbu l-​awrina tagħhom stess magħkom?”+ 13  U r-​Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk,+ jgħajjat b’leħen għoli bil-​lingwa tal-​Lhud;+ u kompla jgħid: “Isimgħu l-​kliem tas-​sultan il-​kbir, is-​sultan taʼ l-​Assirja.+ 14  Hekk qal is-​sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom,+ għax hu ma jistax jeħliskom.+ 15  U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna.+ Din il-​belt ma tingħatax f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 16  Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-​sultan taʼ l-​Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi,+ u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-​dielja tiegħu u kull wieħed mit-​tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-​ilma tal-​ġiebja tiegħu,+ 17  sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-​art tagħkom,+ art tal-​qmuħ u taʼ l-​inbid ġdid, art tal-​ħobż u taʼ l-​għelieqi tad-​dwieli; 18  sabiex Ħeżekija ma jħajjarkomx,+ billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’ Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-​allat tal-​ġnus li ħeles lil artu minn taħt idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja?+ 19  Fejn huma l-​allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-​allat taʼ Sefarwajim?+ U ħelsuha lis-​Samarija minn taħt idejja?+ 20  Min fost l-​allat kollha taʼ dawn l-​artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+ 21  U huma baqgħu siktin u ma wiġbuhx kelma,+ għax il-​kmand tas-​sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 22  Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar,+ u Sebna+ s-​segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-​reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin,+ u qalulu bil-​kliem tar-​Rabsake.+

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsake.”
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.