Isaija 35:1-10

35  Ix-xagħri u r-​reġjun bla ilma se jifirħu,+ u l-​pjanura tad-​deżert se tifraħ u twarrad bħaż-​żagħfran.+  Bla dubju din twarrad,+ u tifraħ bil-​ferħ u b’għajat ferrieħi.+ Tingħatalha l-​glorja tal-​Libanu,+ il-​ġmiel tal-​Karmel+ u tas-​Saron.+ Se jkun hemm dawk li jaraw il-​glorja taʼ Ġeħova,+ il-​ġmiel t’Alla tagħna.+  Saħħu l-​idejn dgħajfin, u ssodaw l-​irkopptejn li qed jirtogħdu.+  Għidu lil dawk ansjużi f’qalbhom:+ “Agħmlu l-​ħila.+ Tibżgħux.+ Ara! Alla tagħkom ġej bil-​vendetta,+ iva, Alla ġej biex iħallas lura.+ Hu stess ġej u jsalvakom.”+  F’dak iż-​żmien jinfetħu għajnejn l-​għomja,+ u jinfetħu widnejn it-​torox.+  Dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv,+ u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ.+ Għax fix-​xagħri jkunu ħarġu l-​ilmijiet, u fil-​pjanura tad-​deżert igelglu widien taʼ ilma.  U l-​art imqaxqxa bis-​sħana tkun saret bħal għadira mimlija qasab, u l-​art għatxana bħal għejun taʼ l-​ilma.+ Fil-​post fejn joqogħdu x-​xakalli,+ il-​post taʼ mistrieħ tagħhom, se jkun hemm ħaxix aħdar u qasab u pjanti tal-​papiru.+  U se jkun hemm triq ewlenija+ hemmhekk, iva, triq; u se tissejjaħ it-​Triq tal-​Qdusija.+ Min m’huwiex nadif ma jgħaddix minnha.+ U se tkun għal min jimxi fit-​triq, u mhux se jkun hemm boloh jiġġerrew fiha.  Mhux se jkun hemm iljuni, u l-​bhejjem salvaġġi li jgħixu fuq il-​priża m’humiex se jitilgħu minnha.+ Ebda wieħed minnhom ma se jinstab hemmhekk;+ u dawk mixtrijin lura jridu jimxu fiha.+ 10  U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.”