Isaija 34:1-17

34  Itilgħu qrib, O ġnus, biex tisimgħu;+ u intom il-​popli,+ oqogħdu attenti. Ħa tagħti widen l-​art u kulma fiha,+ l-​art produttiva+ u l-​prodott kollu tagħha.+  Għax Ġeħova huwa rrabjat għall-​ġnus kollha,+ u hu inkorlat għall-​armata kollha tagħhom.+ Hu se jiddedikahom għall-​qerda;* se jagħtihom għall-​qatla.+  U l-​maqtulin tagħhom se jintefgħu ’l barra; u l-​intiena taʼ l-​iġsma mejtin tagħhom se titlaʼ;+ u l-​muntanji jridu jinħallu b’demmhom.+  U dawk kollha fl-​armata tas-​smewwiet se jitmermru.+ U s-​smewwiet jitgerbu,+ bħal romblu taʼ ktieb; u l-​armata kollha tagħhom se tinxef u taqaʼ, bħalma jinxef u jaqaʼ l-​weraq minn fuq id-​dielja u t-​tina niexfa minn fuq is-​siġra tat-​tin.+  “Għax fis-​smewwiet sejfi+ se jixxarrab għasra. Ara! Fuq Edom se jinżel,+ fuq il-​poplu li jien iddedikajt għall-​qerda+ bil-​ġustizzja.  Ġeħova għandu sejf; se jimtela bid-​demm;+ se jiddellek bix-​xaħam, bid-​demm taʼ l-​imtaten żgħar u l-​bdabad, bix-​xaħam+ tal-​kliewi taʼ l-​imtaten. Għax Ġeħova se jagħmel sagrifiċċju f’Bosra, u qatla kbira fl-​art t’Edom.+  U l-​barrin salvaġġi+ jridu jinżlu magħhom, u l-​barrin żgħar mas-​setgħanin;+ u l-​art tagħhom trid tixxarrab għasra bid-​demm, u t-​trab tagħhom se jiddellek bix-​xaħam.”+  Għax Ġeħova għandu jum taʼ vendetta,+ sena taʼ tpattija għall-​kawża legali minħabba Sijon.+  U l-​widien tagħha* jridu jinbidlu f’żift, u t-​trab tagħha f’kubrit; u artha trid issir bħal żift jaqbad.+ 10  Ma tintefiex, la bil-​lejl u lanqas bi nhar; għal żmien indefinit id-​duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ ’l fuq.+ Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se tibqaʼ niexfa;+ għal dejjem taʼ dejjem ħadd ma se jgħaddi minnha.+ 11  U l-​pellikan u l-​porkuspin iridu jagħmluha tagħhom, u l-​kokka tal-​qrun u ċ-​ċawlun se jgħammru fiha;+ u hu jrid imidd fuqha l-​ħabel tal-​kejl+ tal-​vojt u ċ-​ċomb tal-​baħħ. 12  M’hemm ħadd min-​nobbli tagħha li se jsejħulu biex ikun sultan, u l-​prinċpijiet tagħha lkoll se jisfaw fix-​xejn.+ 13  Mat-torrijiet tagħha li kienu mgħammrin irid jitlaʼ x-​xewk, il-​ħurrieq u l-​għollieq fil-​postijiet fortifikati tagħha;+ u hi ssir post fejn joqogħdu x-​xakalli,+ il-​bitħa għan-​ngħam.+ 14  U l-​annimali tad-​deżert iridu jiltaqgħu maʼ l-​annimali li jnewħu, u d-​demonju forma taʼ mogħża*+ se jsejjaħ lil sieħbu. Iva, hemmhekk l-​għasfur li joħroġ bil-​lejl* jitlajja u jsib post taʼ mistrieħ.+ 15  Hemmhekk is-​serp qisu vleġġa jagħmel il-​bejta tiegħu u jbid, u jfaqqas il-​bajd u jiġbru flimkien taħt id-​dell tiegħu. Iva, hemmhekk l-​għasafar tal-​priża*+ jridu jinġabru flimkien, kull wieħed mas-​sieħba tiegħu. 16  Fittxu għalikom infuskom fil-​ktieb+ taʼ Ġeħova u aqraw għajtu: l-​ebda waħda minnhom ma naqset;+ kollha għandhom is-​sieħba tagħhom, għax fomm Ġeħova ta l-​kmand,+ u huwa l-​ispirtu tiegħu li ġabarhom flimkien.+ 17  U Hu tefaʼ x-​xorti għalihom, u idu qassmitilhom il-​post bil-​ħabel tal-​kejl.+ Għal żmien indefinit se jkun tagħhom; minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se jgħammru fih.

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 5 wkoll.
Qed jirreferi għal Bosra, il-​belt kapitali t’Edom.
Ara Is 13:21, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “il-​buqrajq.”
Jew, “l-​astuni.”