Isaija 31:1-9

31  Gwaj għal dawk li neżlin l-​Eġittu għall-​għajnuna,+ dawk li jistrieħu fuq sempliċi żwiemel,+ u li jafdaw fil-​karrijiet tal-​gwerra+ għax huma kotrana, u fiż-​żwiemel tal-​ġiri għax huma setgħanin ferm, imma li ma ħarsux lejn il-​Qaddis taʼ Israel u ma fittxewx lil Ġeħova.+  U hu wkoll għaref+ u se jġib il-​gwaj,+ u ma reġġax lura kliemu;+ u se jqum kontra d-​dar taʼ dawk li jagħmlu l-​ħażen+ u kontra l-​għajnuna taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+  Iżda l-​Eġizzjani huma bnedmin taʼ l-​art,+ u mhux Alla; u ż-​żwiemel tagħhom huma laħam,+ u mhux spirtu. U Ġeħova nnifsu se jmidd idu, u dak li qed joffri l-​għajnuna se jitfixkel, u dak li qed jiġi megħjun se jaqaʼ,+ u lkoll kemm huma se jintemmu fl-​istess ħin.  Għax hekk qalli Ġeħova: “Bħalma l-​iljun, iva, l-​iljun b’saħħtu,+ igerger għall-​priża tiegħu, meta għadd sħiħ taʼ rgħajja jissejħu kontrih, u minkejja leħinhom hu ma jibżax u minkejja l-​istorbju tagħhom ma jċedix; bl-​istess mod Ġeħova taʼ l-​armati jinżel biex jiggwerra għall-​Muntanja Sijon u l-​għolja tagħha.+  Bħal għasafar jittajru fuq iż-​żgħar tagħhom, Ġeħova taʼ l-​armati se jiddefendi lil Ġerusalemm bl-​istess mod.+ Jiddefendiha u jeħlisha.+ Jaħfirhielha u jħarrabha.”  “Erġgħu lura+ lejn Dak li rvellajtu bil-​kbir kontrih, O wlied Israel.+  Għax dakinhar kull wieħed se jwarrab l-​allat tiegħu tal-​fidda li ma jiswew xejn u l-​allat tiegħu tad-​deheb li huma bla siwi,+ li idejkom stess għamlu bħala dnub.+  U l-​Assirjan jaqaʼ bis-​sejf, imma mhux dak taʼ raġel; u jinbelaʼ minn sejf, imma mhux sejf taʼ bniedem.+ U jkollu jaħrab minħabba s-​sejf, u ż-​żgħażagħ tiegħu se jkollhom jagħmlu xogħol forzat.  U l-​blat tiegħu se jgħib bil-​biżaʼ, u minħabba l-​arblu li jservi bħala sinjal+ il-​prinċpijiet tiegħu jitwerwru,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, li d-​dawl tiegħu hu f’Sijon u l-​forn tiegħu+ hu f’Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt