Isaija 30:1-33

30  “Gwaj għall-​ulied rashom iebsa,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “dawk li lesti jwettqu skop, imma mhux dak li ġej minni;+ u jsawbu l-​offerti tal-​likwidi, imma mhux bl-​ispirtu tiegħi, sabiex iżidu dnub fuq dnub;+  dawk li ħerġin biex jinżlu l-​Eġittu+ u li ma staqsewx x’jgħid fommi,+ u li jridu jistkennu fil-​fortizza tal-​Fargħun u jsibu refuġju fid-​dell taʼ l-​Eġittu!+  U l-​fortizza tal-​Fargħun issir għalikom raġuni biex tistħu,+ u r-​refuġju fid-​dell taʼ l-​Eġittu ikun kaġun t’umiljazzjoni.+  Għax il-​prinċpijiet tiegħu ġew f’Sogħan,+ u l-​mibgħutin tiegħu waslu Ħanes.  Kulħadd se jistħi minħabba poplu li m’hu taʼ ġid għal ħadd, li m’huwiex t’għajnuna u lanqas taʼ ġid, imma hu raġuni għal mistħija u kaġun taʼ tmaqdir.”+  Id-dikjarazzjoni kontra l-​bhejjem tan-​nofsinhar:+ Mill-​pajjiż taʼ niket+ u kundizzjonijiet diffiċli, taʼ l-​iljun u l-​leopard li jgħajjat, tal-​lifgħa u tas-​serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-​nar,+ huma jġorru r-​riżorsi tagħhom fuq dahar il-​ħmir, u l-​provvisti tagħhom fuq il-​ħotba taʼ l-​iġmla.+ Dawn ma se jkunu t’ebda ġid għall-​poplu.  U l-​Eġizzjani huma biss frugħa, u l-​għajnuna li se jagħtu tkun għalxejn.+ Għalhekk, sejjaħtlu: “Raħab+—tajbin biss biex joqogħdu bil-​qiegħda.”  “Issa ejja, ikteb dan fuq tavla magħhom, u iktbu fi ktieb,+ biex iservi għall-​futur, bħala xiehda għal żmien indefinit.+  Għax huwa poplu ribelluż,+ ulied li ma jżommux mal-​verità,+ ulied li ma kinux lesti jisimgħu l-​liġi taʼ Ġeħova;+ 10  li qalu lil dawk li qed jaraw, ‘Tarawx,’ u lil dawk li jkollhom viżjonijiet, ‘Tarawx għalina viżjonijiet t’affarijiet veri.+ Għidulna affarijiet li jmellsu; araw viżjonijiet t’affarijiet qarriqin.+ 11  Warrbu mit-​triq; żvijaw mill-​mogħdija.+ Issemmulniex iktar lill-​Qaddis taʼ Israel.’”+ 12  Għaldaqstant, hekk qal il-​Qaddis taʼ Israel: “Talli tirrifjutaw din il-​kelma,+ u talli tafdaw fl-​imbrolji u fil-​qerq u tistrieħu fuqhom,+ 13  għalhekk, dan l-​iżball isirilkom bħal parti mkissra li waslet biex taqaʼ minn ħajt għoli u mżaqqaq,+ li t-​tiġrif tiegħu jistaʼ jiġi malajr, f’daqqa waħda.+ 14  U se jitkisser bħalma titkisser ġarra kbira taʼ fuħħari,+ imfarrka biċċiet bla ma ħadd jistaʼ jsalvaha, tant li fost il-​biċċiet imfarrkin ma tkunx tistaʼ tinstab biċċa fuħħar biex biha jinġarr in-​nar mill-​ħuġġieġa jew biex jinġabar ftit ilma mill-​wiċċ f’post kollu għadajjar.”+ 15  Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Jekk tiġu lura u tistrieħu se ssalvaw. Se tkunu setgħanin jekk ma tinkwetawx u jkollkom il-​fiduċja.”+ Imma intom m’intomx lesti tagħmlu dan.+ 16  U intom għedtu: “Le, imma se naħarbu fuq iż-​żwiemel!”+ Għalhekk, se taħarbu. “U se nirkbu fuq żwiemel ħfief!”+ Għalhekk, dawk li jiġru warajkom se jkunu ħfief.+ 17  Elf se jitriegħdu bil-​biżaʼ minħabba ċ-​ċanfira taʼ wieħed;+ minħabba ċ-​ċanfira taʼ ħamsa intom se taħarbu sakemm tkunu bqajtu bħal arblu fuq il-​quċċata taʼ muntanja u bħal sinjal fuq għolja.+ 18  U għaldaqstant, Ġeħova se jibqaʼ jistenna biex jurikom qalb tajba,+ u għaldaqstant se jqum biex jurikom ħniena.+ Għax Ġeħova hu Alla taʼ ġudizzju.+ Henjin+ dawk kollha li jibqgħu jistennewh.+ 19  Meta n-​nies f’Sijon+ se jgħammru f’Ġerusalemm,+ int b’ebda mod ma tibki.+ Hu bla dubju jħenn għalik mal-​ħoss taʼ l-​għajta tiegħek; malli jismagħha jwieġbek.+ 20  U Ġeħova se jagħtikom il-​ħobż tan-​niket u l-​ilma tal-​moħqrija;+ madankollu, l-​Istruttur Grandjuż tiegħek mhux se jkun iktar moħbi, u għajnejk jaraw lill-​Istruttur Grandjuż tiegħek.+ 21  U widnejk jisimgħu kelma minn warajk tgħid: “Din hi t-​triq.+ Imxu fiha,” f’każ li tmorru lejn il-​lemin jew f’każ li tmorru lejn ix-​xellug.+ 22  U tridu tkasbru l-​kisi tal-​fidda tax-​xbihat minquxin tagħkom+ u l-​kisi tad-​deheb+ taʼ l-​istatwi tagħkom magħmulin minn metall imdewweb.+ Trid twarrabhom.+ U bħal mara bit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar, int tgħidilhom: “Ħmieġ!”+ 23  U se jagħti x-​xita għaż-​żerriegħa li tiżraʼ l-​art biha,+ u bħala l-​prodott taʼ l-​art il-​ħobż, li jrid ikun bnin u rikk.*+ Dakinhar il-​bhejjem tiegħek se jirgħu f’mergħa spazjuża.+ 24  U l-​baqar u l-​ħmir li jaħdmu l-​art se jieklu l-​għalf imħawwar bil-​ħaxixa qarsa, li jidderra* bil-​pala+ u l-​furkettun. 25  U fuq kull muntanja għolja u fuq kull għolja kbira jkun hemm nixxigħat,+ ġwiebi taʼ l-​ilma, fil-​jum tal-​qatla l-​kbira meta jaqgħu t-​torrijiet.+ 26  U d-​dawl tal-​qamar kwinta jsir bħad-​dawl tax-​xemx tiddi; u d-​dawl tax-​xemx tiddi jsir sebaʼ darbiet iktar qawwi,+ bħad-​dawl taʼ sebat ijiem, fil-​jum li Ġeħova jorbot il-​ġerħa+ tal-​poplu tiegħu u jfejjaq+ il-​ferita kbira li ġiet bid-​daqqa li tah. 27  Ara! Isem Ġeħova ġej mill-​bogħod, iħeġġeġ bir-​rabja tiegħu+ u bi sħab tqil. U xofftejh imtlew bil-​kundanna, u lsienu hu bħal nar li jiblaʼ.+ 28  U l-​ispirtu tiegħu hu bħal wied li jgħarraq u li jilħaq sa l-​għonq,+ biex jgħarbel lill-​ġnus bl-​għarbiel+ tal-​frugħa; u fix-​xedaq tal-​popli+ jkun hemm ilġiem+ li jġegħelhom jiżvijaw. 29  Intom se jkollkom għanja+ bħal dik li titkanta fil-​lejl li fih wieħed iqaddes lilu nnifsu għal festa,+ u ferħ fil-​qalb bħal dak taʼ wieħed li jimxi bil-​flawt+ sabiex jidħol fil-​muntanja taʼ Ġeħova,+ għand il-​Blata taʼ Israel.+ 30  U Ġeħova ċertament li se jsemmaʼ d-​dinjità taʼ leħnu+ u juri li driegħu nieżel biex jolqot,+ bis-​saħna tar-​rabja+ u bil-​ħeġġa taʼ nar li jiblaʼ+ u b’xita qawwija u b’maltempata tax-​xita+ u b’biċċiet tas-​silġ.+ 31  Għax għal-​leħen taʼ Ġeħova, l-​Assirja se titwerwer;+ hu se jsawwatha b’bastun.+ 32  U kull tixjira tal-​ħatar tiegħu tal-​kastig li Ġeħova se jniżżel fuq l-​Assirja se tkun bit-​tanburlini u l-​arpi;+ u se jiġġildilhom b’battalji taʼ tixjir t’armi.+ 33  Għax Tofet*+ tagħha diġà twaqqaf fi żminijiet reċenti; tħejja għas-​sultan.+ Hu għamel il-​munzell għoli. In-​nar u l-​injam huma kotrana. Nifs Ġeħova, bħal wied taʼ kubrit, qed iqabbdu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “imxaħħam u żejtni.”
Proċess li fih il-​karfa titneħħa minn mal-​qmuħ.
Hawnhekk Tofet qed jintuża b’mod figurattiv bħala post bin-​nar jaqbad biex jirrappreżenta l-​qerda. Ara wkoll it-​2Sl 23:10.